Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għadu kemm ta donazzjoni kbira ta’ kotba bil-FranÄ‹iż u bit-Taljan lil-librerija tal-Kulleġġ G.F Abela. Preżenti għal din id-donazzjoni kien hemm il-viÄ‹i-prinÄ‹ipal Dr. Philip Caruana; Kevin J. Ellul, direttur tas-Servizzi tal-Libreriji; Mark Poulton, librar; Margaret Gilson, kap tad-Dipartiment tal-FranÄ‹iż u Melissa Galea u Joelyn Galea, assistenti librara. Mill-KNK kienu preżenti Mark Camilleri, Chairman Eżekuttiv u Joe Debattista, segretarju. L-għan ta’ din id-donazzjoni hu sabiex jgħin u jkabbar ir-riżorsi ta’ din il-librerija u sabiex jiÄ¡u provduti aktar kotba Ä¡odda u interessanti lil-istudenti tat-Taljan u l-FranÄ‹iż.

 

Fost il-kotba tad-donazzjoni hemm kotba li inxtraw mill-pubblikaturi Sqallin li ħadu sehem fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ta’ din is-sena, u kotba oħra mixtrija mill-ħanut FranÄ‹iż li jieħu sehem fl-istess Festival. Uħud mill-kotba Taljani huma ta’ awturi Sqallin li kienu preżenti matul dan il-Festival u ma’ tal-FranÄ‹iż hemm kotba ta’ Pierre Assouline li wkoll kien preżenti għall-Festival u anke kotba ta’ Patrick Modiano, rebbieħ tal-Premju Nobel tal-Letteratura ta’ din is-sena.

 

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jemmen li l-lingwi barranin huma ta’ improtanza kbira għal-iżvillupp kulturali u intelletwali ta’ pajjiżna, u din id-donazzjoni żgur ser tkun ta’ għajnuna għall-istudenti tat-Taljan u l-FranÄ‹iż sabiex ikomplu l-istudji tagħhom b’aktar riżorsi tajbin u adekwati. Apparti minn hekk, dawn il-kotba Ä¡odda ser ikunu wkoll jistgħu jintużaw mill-istudenti kollha tal-Kulleġġ u tal-Universitá.

 

IMG_1743 IMG_1742 IMG_1741 IMG_1740 IMG_1739


Share Article