Kummenti huma off għal din il-kariga

Donazzjoni ta’ Kotba – Primarja Marsa 23/02/2015

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għadu kif preżenta donazzjoni ta’ kotba varji li tammonta għal €5,000 lill-Iskola Primarja tal-Marsa, Kulleġġ San Ġorġ Preca. Ħafna minn dawn il-kotba ser jiġu użati bħala kotba għall-qari waqt il-lezzjonijiet, biss il-kumplament ser ikun possibbli għall-istudenti li jissellfuhom kemm mil-libreriji tal-klassijiet kif wkoll mil-librerija uffiċċjali tal-iskola.

 

Preżenti għad-donazzjoni kien hemm il-Kap Eżekuttiv tal-KNK, is-Sur Mark Camilleri; is-Surmast, is-Sur Norbert Pulis; l-Assistenti Kapijiet is-Sa. Charmaine Borg u is-Sa. MaryAnne Puli; Kap tad-Dipartiment tal-Litteriżmu, is-Sa. Michelle Camilleri; Assistenta Għalliema tal-Litteriżmu, is-Sa. Nathalie Cachia u is-Sa. Therese Toscano, Assistenta Għalliema.

IMG_1263 IMG_1262 IMG_1261 IMG_1260