Dan huwa l-programm t’attivitajiet kulturali għall-Festival tal-Ktieb fis-Sajf 2018 (verżjoni għall-mowbajl). Jumejn t’attivitajiet għall-pubbliku ġew imħejja bħala parti mill-festival, li se jseħħ fis-Sala tal-Eżibizzjonijiet fi ħdan il-Ministeru t’Għawdex ġewwa Pjazza San Franġisk ir-Rabat, Għawdex bejn fit-22 u t-23 ta’ Ġunju mill-10:00am sas-1:00pm u mill-4:00pm sa 7:00pm il-jumejn li huma.

Il-festival se jinkludi ħin għal Palk Ħieles, qari ta’ letteratura lokali, attivitajiet marbuta ma’ qari u letteratura, u żjara bi gwida tad-djar ta’ poeti Għawdxin fir-Rabat. Dawn l-attivitajiet varji se jitwettqu b’kollaborazzjoni mal-pubblikaturi Horizons, Faraxa, u Pjattaforma, mal-NGO Inizjamed, u numru ta’ awturi u artisti Maltin u Għawdxin.

Il-pubblikaturi li se jippartecipaw huma Midsea Books, Faraxa, Merlin, Pjattaforma, Heritage Malta, Horizons, Uptrend, SKS, u Agius and Agius. Pubblikazzjonijiet lokali se jintwerew u se jkunu jistgħu jinxtraw mill-pubbliku.

Għal aktar tagħrif, il-pubbliku jista’ jsegwi l-events page fuq Facebook kif ukoll fuq is-sit elettroniku.

 

PROGRAMM TAL-ATTIVITAJIET

Il-Ġimgħa 22 ta’ Ġunju

9:45 am: L-On. Ministru għal Għawdex, Dr Justyne Caruana, u d-direttur eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Mark Camilleri, jiftħu l-Festival.

10:00 am: Palk ħieles mal-istudenti u qari minn Leanne Ellul

1:00 pm – 4:00pm: BREAK

4:30 pm: Michael Zammit jaqra siltiet minn Il-Metamorfosi ta’ Ovidju (ma’ Pjattaforma) 

5:30 pm: Taħdita ma’ Prof. Joseph M. Pirotta dwar l-aħħar snin tal-ħakma Brittanika f’Malta

 

Saturday 23 June

10:00 am: Nitgħallmu bl-istejjer (ma’ Faraxa)

11:00 am: Mawra bil-gwida madwar ir-Rabat tad-djar ta’ poeti Għawdxin

12:00 noon: Qari ta’ poeżija ma’ kittieba Għawdxin (ma’ Charles Bezzina u Joe Camilleri)

1:00 pm – 4:00pm: BREAK

4:00 pm:Mill-arti viżiva għall-kitba ma’ Maxine Attard

5:00 pm: Palk ħieles (flimkien ma’ Inizjamed)


Share Article