Xow bil-marjunetti b’qari ta’ kotba għal tfal bejn l-4 u t-8 snin, kitba ta’ Mandy Tabone u animazzjoni minn Shawn Briffa.

Hija obbligatorja li tirreġistra minn qabel għall-avvenimenti kollha tal-programm tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Ibbukkja post għal dan l-avveniment billi tibgħat email fuq [email protected]

M’hemmx għalfejn tippreżenta ċertifikat tat-tilqim għal dan l-avveniment tat-tfal.

Żjarat fiż-żona tal-ħwienet tal-kotba ma jeħtiġux reġistrazzjoni minn qabel u lanqas il-preżentazzjoni ta’ ċertifikat ta’ tilqim.