Kummenti huma off għal din il-kariga

Fetħu l-applikazzjonijiet għall-Konkors Letterarju ta’ Films Qosra 2017

 

13/02/2017

 

Stqarrija għall-Istampa: Fetħu l-applikazzjonijiet għall-Konkors Letterarju ta’ Films Qosra 2017 organizzat mill-KNK

 

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) bi pjaċir iħabbar li għadhom kif fetħu l-applikazzjonijiet għall-Konkors Letterarju ta’ Films Qosra 2016.

Dan il-konkors huwa miftuħ għal kumpaniji li jagħmlu films qosra bil-Malti ta’ bejn kwarta u għoxrin minuta msejsa fuq novella Maltija ppubblikata. Biex japplika, it-tim irid jissottometti script kif ukoll pjan tal-proġett li jinkludi rendikont finanzjarju.

Il-proposta magħżula tirċievi €20,000 bħala finanzjament mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK), li jinkludu spejjeż ta’ loġistika, dawl, eċċ. Il-KNK se jalloka wkoll għotja ta’ €1000 lill-awtur tan-novella oriġinali bħala kumpens għall-użu tal-istorja tiegħu.

Ir-rebbieħ tal-konkors jiġi deċiż minn bord ta’ aġġudikazzjoni kompost minn ġurija maħtura mill-KNK. Matul il-perjodu tal-produzzjoni, it-tim irid iżomm kuntatt mal-KNK biex ikun żgurat li l-proġett qed jiżviluppa skont il-proposta u skont il-kriterji u r-regoli tal-applikazzjoni.

Applikazzjonijiet għandhom jiġu indirizzati lil Joe Debattista sat-30 ta’ Marzu 2017 fuq [email protected] jew f’dan l-indirizz: Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Librerija Pubblika Ċentrali, Triq Prof. J. Mangion, il-Furjana FRN 1800, Malta.

Għal aktar informazzjoni dwar ir-regolamenti, kriterji u formoli ta’ applikazzjoni żuru s-sit tal-KNK: http://ktieb.org.mt/?page_id=1071&lang=mt

***