
Hekk kif is-sena 2018 qed tfakkar l-anniversarju ta’ Frankenstein ta’ Mary Shelly, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb se juri l-film ta’ J. Searly Dawley Frankenstein (1910). Wara se jkun hemm taħdita fuq iċ-ċinematografija tal-film u fuq l-impatt tiegħu fuq l-imaġinazzjoni kollettiva, minn Prof. Saviour Catania u Prof. Gloria Lauri Lucente. L-avventiment, li se jittella’ l-Ġimgħa 23 ta’ Marzu fis-1.00 pm, hu parti mill-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus.
Il-film bla kliem, li hu twil 16-il minuta hu l-ewwel addattament tal-kitieb ta’ Mary Shelley Frankenstein. Il-film li ħareġ f’nofs is-70s, hu addattament liberali ħafna tal-ktieb u jiffokka fuq l-aspetti psikoloġiċi u maġiċi tan-narrativa. Hu meqjus li ta kontribut importanti għall-iżvilupp tal-ġeneru tal-orrur.
It-taħdita se tkun waħda interessanti ferm, immexxija mill-Professuri Catania u Lauri Lucente, fl-istil partikolari tagħhom. Huma se jiffokaw, b’mod partikolari, fuq l-impatt tal-ktieb ta’ Shelley fuq iċ-ċinema u l-kultura popolari, u se jitkellmu dwar addattamenti differenti bħal dawk tas-serje Hammer.
Prof. Catania studja l-Ingliż fl-Università ta’ Malta u hu Senior Lectuer fl-Istudji tal-Film fejn jgħallem l-iżvilupp tal-lingwa tal-films, it-teorija klassika u kontemporanja tal-films, u l-apprezzament tagħhom. Hu jgħallem ukoll il-letteratura u l-film fid-Dipartiment tal-Ingliż u l-films tal-Amerika Latina fid-Dipartiment tal-Ispanjol.
Prof. Gloria Laura Lucente għanda Laurea in Lettere Moderne mill-Università ta’ Siena u PhD fil-letteratura komparattiva mill-Università ta’ Michigan, Ann Arbor. Ir-riċerka tagħha tiffoka fuq l-istudji tal-films, il-letteratura Taljana u l-letteratura komparattiva b’efasi fuq studji Italo-Ingliżi.
Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus huwa organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda tal-Malti, b’attivitajiet bejn id-9.00am sal-4.00 pm. Il-Ġimgħa l-attivtajiet jibqgħu sejrin sat-tard. Il-Festival għandu l-għan li jippromwovi l-letteratura waqt li jagħti spazju lill-pubblikaturi u lid-distributuri tal-kotba biex jippromwovu u jbigħu l-pubblikazzjonijiet tagħhom. Il-programm tal-Festival huwa varjat u joffri firxa wiesgħa ta’ avvenimenti li jolqtu l-interessi ta’ ħafna, u jinkludi tnedijiet ta’ kotba, taħditiet u films, workshops u mużika lajv.
Għal aktar tagħrif dwar Frankenstein u l-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, wieħed jista’ jżur is-sit elettroniku tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb www.ktieb.org u l-paġna Facebook. Il-programm dettaljat jista’ jitniżżel minn hawn.
- Pospost il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2020
- L-Arti tal-Protesta waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus
- Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2020: Il-Programm
- Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2020 - titħabbar id-data u l-mistednin speċjali
- Jitħabbar ir-riżultat tal-Fond għall-Adattament Ċinematografiku tal-KNK
- Kotba biss kotba spiss: l-attivitajiet letterarji waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2019
- Fuzzhoneys u Crytpic Street għall-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- Frankenstein fil-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- Palk Ħieles tal-Inizjamed waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- Il-mużika folk sperimentali ta’ Noah Fabri fil-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- It-temi taboo diskussi waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- Taħdita fuq Ċiklemfusa u l-ħrejjef fil-Fesitval tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- Mill-karta għall-ktieb – L-arti tal-legatorija waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- Taħdita dwar William Blake u l-arti tal-istampar fil-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018: Il-Programm
- Imħejji l-Festival tal-Ktieb Fuq il-Kampus 2018
- Ħarsa lejn il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus: Tmiem
- Ħarsa lejn il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus: It-Tieni Jum
- Ħarsa lejn il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus: L-ewwel jum
- Ħareġ il-Programm tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2017
- Caroline Smailes fil-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2017
- Imħejji l-Festival tal-Ktieb Fuq il-Kampus
- Ftakar dawn id-dati! Festival tal-Ktieb
- Jispiċċa l-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2016
- Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus // 5-6-7 April
- Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus - 5-6-7 ta' Mejju, 2015
- Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2014