
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għadu kemm lesta l-evalwazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-Fond Malti tal-Ktieb u qed jiġu mħabbra l-applikanti li ġew magħżula (ara taħt). Il-Fond Malti tal-Ktieb ġie mniedi l-ewwel darba din is-sena mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, bil-għan li jissussidja pubblikazzjonijiet ta’ valur kulturali għoli, liema pubblikazzjoni setgħu jaqgħu fir-riskju li jibqgħu fil-kexxun li kieku ma kellhomx din it-tip ta’ għajnuna. Il-Fond jista’ jservi wkoll biex jgħin lill-awturi u pubblikaturi lokali jesebixxu u jippromwovu xogħolhom barra minn Malta.
Peress li f’Malta is-suq tal-kotba huwa żgħir, pubblikazzjonijiet ta’ valur kulturali, letetrarju u akkademiku għoli ħafna, jistgħu jiġu imċaħda mill-possibbiltá ta’ pubblikazzjoni mill-edituri u l-pubblikaturi lokali minħabba r-restrizzjonijiet u l-limitazzjonijeit tas-suq lokali. Il-Fond Malti tal-Ktieb qed jindirizza direttament din il-problema billi jservi bħala sussidju kulturali għal proġetti tant importanti li mhux neċessarjament ikunu self-sostenibbli.
Il-KNK jemmen li mal-medda taż-żmien, permezz tal-Fond Malti tal-Ktieb ser jinbena korp ta’ xogħol ta’ kwalitá għoli ħafna, liema korp jista’ jkun ippreżentat f’katalgu iktar ‘il quddiem meta jiżdiedu n-numru ta’ kotba sussidjati. B’hekk, wieħed jista’ jgħid ukoll li ser jikber is-sens ta’ prestiġju ta’ dawk il-kotba li jkollhom it-timbru tal-Fond Malti tal-Ktieb
L-evalwazzjoni saret abbażi ta’ dokument regolatorju li ġie ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern u qiegħed anke aċċessibbli mis-sit tal-KNK stess. L-aġġudikanti kienu Aleks Farrugia, Professur Charles Mifsud u Professur Henry Frendo, li iffurmaw sotto-kumitat indipendenti, amministrat mill-Kap Eżekuttiv tal-KNK, Mark Camilleri.
Applikant |
Titlu tal-Proġett
|
Ammont (€) |
Geoffrey Saliba | “Malta’s top ten – A guide to the Island’s Wildlife” | €4,000 |
Malta Historical Society | “The 1565 Great Siege, the Founding of Valletta and their lasting effects” | €1,000 |
Mark Anthony Sammut & Walid Nabhan |
“Rendition into modern Maltese (with annotations) of M A Vassalli’s translation of ‘Is-Sultan Ċiru’ by Frans Sammut completed![]() |
€2,500 |
SKS | “Dun Kixott mill-Manċa – by Pawlu Montebello” | €5,000 |
Midsea Books | “Minn Tfuliti sa Irguliti: rakkonti minn Leli ta’ Keterin ta’ Lino Psaila” | €5,000 |
Midsea Books | “Kif Dieb il-Gamiem: rakkonti ta’ kaċċa u nsib mill-passat ta’ Natalino Fenech” | €5,000 |
Arnold Cassola | “Malta-Sicily, people, patriots, commerce![]() |
€2,400 |
Michael Refalo | “Fatima on Her Way. Transhipment of Ottoman Slaves through a British Colony in the Late Nineteenth Century” | €4,500 |
Glen Calleja | “’The Outstaring Truth’: promotional tour in Romania” | €2,000 |
Toni Aquilina | “Translation into Maltese of ‘Malta Ħanina’ by Daniel Rondeau” | €4,500 |
Martina Caruana & Burkard Wehner |
“The Wignacourt Psalter: An Art-Historical and Musicological Study” | €4,000 |