
Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, li issa stabbilixxa ruħu bħala l-aktar avveniment prestiġġjuż li għandu x’jaqsam mal-kotba f’Malta, se jiftaħ il-bibien tiegħu lill-pubbliku għada l-Erbgħa 6 ta’ Novembru, u jibqa’ għaddej sal-Ħadd 10 ta’ Novembru. Illejla jkun hemm iċ-ċerimonja tal-ftuħ li tkun tinkludi t-tħabbir tar-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Terramaxka.
Hawn taħt għandkom informazzjoni dwar aktar avvenimenti li tistgħu ssibu fil-programm tal-attivitajiet kulturali, li tistgħu tniżżlu minn hawn: https://ktieb.org.mt/wp-content/uploads/2019/09/MBF2019_Programme-website-A5_MLT-SC-SPREADS.pdf
Il-programm għall-istudenti fost il-ġimgħa filgħodu se jkun ibbażat fuq il-kotba rebbieħa tal-Premju Terramaxka tas-sena l-oħra. Iż-żjara għall-iskejjel ġiet ippjanata apposta sabiex l-istudenti jkollhom esperjenza ta’ qari u tagħlim aġġustat skont l-età. Grupp ta’ atturi mmexxija minn Antonella Axisa se jiddrammatizzaw Mamà allura din imħabba? ta’ Moira Scicluna Zahra u Mark Scicluna għal tfal tal-primarja, u Jarmuk ta’ Steven Lughermo għal tas-sekondarja.
Imbagħad se jkun hemm ix-xows Il-Kotba Jieħdu l-Ħajja mtella’ mid-duo komiku DANUSAN. Ix-xows se jkunu bbażati fuq il-kotba rebbieħa tal-Premju Terramaxka ta’ dis-sena stess, li jitħabbru llejla waqt l-għoti tal-premjijiet lir-rebbieħa waqt iċ-ċerimonja tal-ftuħ tal-Festival. Ix-xows tad-DANUSAN se jsiru f’Sala Repubblika l-Ġimgħa fis-7pm, is-Sibt fit-8pm u l-Ħadd fit-3pm. Kull min jippreżenta l-biljett tax-xow mal-bieb jingħata vawċer ta’ 3€ li jissarraf mingħand l-eżebituri tal-Festival.
L-ewwel jum tal-Festival jibda dejjem bil-konferenza ewlenija li jtella’ l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, li se tkun dwar il-letteratura fantaxjentifika. Għall-konferenza, li ġġib l-isem ta’ Strange New Worlds, se jiltaqgħu l-mistiedna internazzjonali ta’ dis-sena li kollha għamlu isem fil-kitba tal-ġeneru: Loranne Vella (Malta), Jon Courtenay Grimwood (ir-Renju Unit), Dave Rudden (l-Irlanda) u Kali Wallace (l-Istati Uniti). Id-diskussjoni se tesplora s-sisien ewlenija tal-ġeneru, il-ħolqien ta’ dinjiet irreali li finalment jerġgħu jeħduna lejn id-dinja reali, u l-letterarjetà tal-ġeneru fid-dawl ta’ letteratura ‘ogħla’, f’termini simplistiċi. Mark-Anthony Fenech, kittieb Malti tal-fantaxjenza, se jimmodera d-diskussjoni li tibda fis-7pm f’Theatre Hall.
Matul il-jum filgħodu hemm bosta attivitajiet li wieħed jista’ jżur, il-biċċa l-kbira għat-tfal u l-istudenti. Fl-10am se jkun hemm serje ta’ logħob dwar il-lingwa Ġermaniża fl-Istand tal-German-Maltese Circle u d-Dipartiment tal-Ġermaniż tal-Università u qari ta’ letteratura Ċeka u Slovakka fl-Istand ta’ Milan Haluska. Fil-5.30pm f’Theatre Hall hemm it-tnedija ta’ ktieb dwar il-Funtana tat-Tritoni, imtella’ mill-Ministeru għat-Trasport. Fis-6pm l-Għaqda tal-Malti – Università se torganizza diskussjoni dwar il-queer fil-letteratura Maltija fl-Activity Area. U min irid jista’ jaqbeż għal ftit te Ċiniż u l-filosofija warajh fis-6.30pm fl-Istand tat-Tagħlim t’Ilsna Barranin.
Il-Ħamis nibdew nintroduċu l-mistiedna internazzjonali tal-Festival. Fil-11am il-mistiedna speċjali l-Imħallef Rosemarie Aquilina se tkun qed tiltaqa’ ma’ studenti universitarji waqt workshop u seminar li se jkun qed jinkludi dawn il-kelliema distinti: Dr. Marceline Naudi mid-Dipartiment tal-Istudji tal-Ġeneru, Dr. Ruth Farrugia mill-Fakultà tal-Liġi u Dr. Lara Dimitrijevic mill-Fondazzjoni għad-Drittijiet tal-Mara. Fis-6pm f’Theatre Hall Teodor Reljić se jintervista lil Kali Wallace dwar il-produzzjoni prolifika tagħha fil-ġeneru tal-fantaxjenza u d-dinamiċità tal-pubblikazzjoni tal-ġeneru. Fl-istess ħin l-Aġenzija tal-Litteriżmu se tkun qed tippremja lil tfal li eċċellaw fil-qari jew għenu lil ħaddieħor jibda jaqra, waqt Promoturi tal-Qari f’Activity Area La Valette. Fis-7pm f’Theatre Hall niltaqgħu mat-tielet mistieden tal-Festival, Dave Rudden, li se jiġi intervistat minn Robert Pisani dwar id-dehriet numerużi tiegħu fl-iskejjel madwar id-dinja, fejn jitkellem dwar il-potenzjal ta’ kull student li jkun kittieb. Fis-7pm l-Aġenzija Żgħażagħ u l-KNK se jtellgħu attività dwar l-editjar u l-pubblikazzjoni għaż-żgħażagħ fl-isfond tal-pubblikazzjonijiet rebbieħa tal-Konkors ta’ Letteratura għaż-Żgħażagħ. Il-ġurnata tagħlaq bl-intervista tal-Editur tat-Times of Malta, Herman Grech, mal-mistiedna speċjali l-Imħallef Rosemarie Aquilina. Se jiġu diskussi l-karriera legali tagħha, il-konnessjoni ma’ Malta u l-ispirazzjoni wara l-kotba tagħha.
Il-Ġimgħa fil-11am f’Sala Vassalli se jsir seminar dwar it-traduzzjoni tal-letteraturi t’ilsna minuri li se jlaqqa’ lil Prof. Clare Vassallo, akkademika u traduttriċi mill-Università ta’ Malta, Sarah Davis-Goff, fundatriċi tad-dar ta’ pubblikazzjoni indie Tramp Press, u Alex Vella Gera, rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb bir-rumanz Is-Sriep Reġgħu Saru Velenużi. Fis-7pm niltaqgħu ma’ Loranne Vella, mistiedna oħra. Walid Nathan se jkun qed ikellimha dwar il-karriera multidixxiplinarja tagħha u l-kitba, fosthom Rokit li bih rebħet il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb is-sena l-oħra. F’ħidma mal-Ambaxxata Spanjola, il-KNK se jkun qed jippreżenta taħdita dwar il-finzjoni storika bil-parteċipazzjoni tal-kittieb Spanjol Jorge Molist, Jon Courtenay Grimwood u Alfred Sant. Titmexxa mill-istoriku Vincent Zammit f’Activity Area La Valette. Fit-8pm tinżamm iċ-ċerimonja tat-tħabbir tal-poeżiji rebbieħa tal-Konkors tal-Poeżija Doreen Micallef, li tnieda fi Frar, u fl-aħħar jiġi varat il-konkors tas-sena d-dieħla.
Tmiem il-ġimgħa waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb jibda b’ġurnata ppakkjata attivitajiet. Fl-10am l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu se ttella’ żewġ sessjonijiet ta’ qari animat għal trabi sa 3 snin u għal tfal bejn 4 u 7 snin f’Activity Area La Valette. Matul il-ġurnata Faraxa Publishing se jorganizzaw sessjonijiet ta’ kreattività għat-tfal f’ħidma ma’ Żebbuġ Learning Studio, u Merlin Publishers se jniedu għadd ta’ kotba ġodda għat-tfal. Fis-7pm Klabb Kotba Maltin se jiddiskutu l-pubblikazzjonijiet tagħhom fl-2019 relatati mal-irvellijiet tas-Sette Giugno f’Theatre Hall, u fis-7.30pm f’Sala David Bruce Horizons se jlaqqgħuna mal-kotba ġodda ta’ Lou Drofenik u John P. Portelli, li se jkun preżenti. Finalment, l-aktar avvenimenti mistenni tal-ġurnata jkun is-serata ta’ xogħol awdjoviżiv ikkummissjonat mill-KNK. Se jintwera l-premiere ta’ Ġulina, il-film qasir rebbieħ tal-Konkors tal-KNK għal Films Qosra, adattat fuq in-novella ta’ Alfred Sant. Jintwera wkoll l-ewwel episodju mis-sensiela Storja ta’ Storja, li qed tittella’ mir-rebbieħa tas-Sensiela ta’ Dokudrama tal-KNK. Fl-aħħar jitħabbar ir-rebbieħ tal-Fond tal-KNK għall-Adattament Ċinematografiku.
Fl-aħħar ġurnata tal-Festival filgħodu u waranofsinhar ikun hemm xalata ta’ tnedijiet u qari animat għat-tfal, kif ukoll diversi awturi ta’ kotba għat-tfal se jkunu qed jiltaqgħu mal-pubbliku fuq diversi stands, fosthom Faraxa, Merlin, Octavo u BDL. Imbagħad fil-5pm il-pubbliku jista’ jiltaqa’ ma’ Lillian Sciberras, li rebħet il-Premju tal-KNK għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kotba. L-attivvità hi maħsuba biex tagħti ġieħ lill-kontribut letterarju u professjonali tagħha bħala librara. Aktar tard il-kittieb u traduttur Malti-Palestinjan Walid Nabhan se jniedi ġabra ta’ novelli oħra fis-7pm f’ Activity Area La Valette.
Qed jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-Festival b’servizz ta’ trasport b’xejn kull nofs siegħa minn Bay A fit-Terminus tal-Belt lejn Dar il-Mediterran u lura. Is-servizz huwa pprovdut minn Malta Public Transport.
Il-pubbliku mħeġġeġ iżur is-sit tal-KNK (www.ktieb.org.mt) u l-paġna tal-Facebook (National Book Council Malta) biex iżomm ruħu aġġornat dwar dettalji ġodda u l-ħinijiet tal-ftuħ.
- Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020 - joħroġ il-poster ta’ din l-edizzjoni
- Skema ġdida għall-eżebituri // Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020
- Żomm dad-dati: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020 // Toħroġ il-formola għall-esebituri
- Pospost il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2020
- L-Arti tal-Protesta waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus
- Ir-rebbieħ tal-Premju T.S. Eliot Mark Doty fost il-mistiedna internazzjonali tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2020
- Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2020: Il-Programm
- Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2020 - titħabbar id-data u l-mistednin speċjali
- Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019 jasal fi tmiemu
- Jitħabbar ir-riżultat tal-Fond għall-Adattament Ċinematografiku tal-KNK
- Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef: Ir-Riżultati
- Jiftaħ il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb: Premju Terramaxka 2019
- Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb jiftaħ għada!
- The NBC visits the World Book Capital 2019: Sharjah
- Taħt il-Qoxra: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb
- Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019
- Inkontri Letterarji Qosra ma’ professjonisti tal-pubblikazzjoni waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019
- Il-mistiedna lokali ewlenin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb: Loranne Vella u Dr. Lillian Sciberras
- ‘Strange New Worlds’ - il-konferenza li se tiftaħ il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019
- Il-qari, it-tfal u l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019
- L-esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019
- Ħareġ il-programm tal-attivitajiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019
- L-Imħallef Rosemarie Aquilina l-mistiedna speċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019
- Sorpriżi u xejriet ġodda: Il-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2019
- ‘Il-Kotba Jieħdu l-Ħajja’ waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019
- Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019: l-attivitajiet u l-awturi
- Il-Finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u Terramaxka 2019
- Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019
- Ħarġet il-Formola tal-Applikazzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019
- Kotba biss kotba spiss: l-attivitajiet letterarji waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2019
- Jitnieda l-programm tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2019
- Imħejji l-Festival tal-Ktieb Fuq il-Kampus 2019
- Lillian Sciberras: Premju għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kotba 2018
- Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018 – avviż
- Ir-Riżultati tal-Premju Nazzjonali tal-Poeżija Mons. Amante Buontempo 2018
- Fetaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb: Premju Terramaxka 2018
- Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb jiftaħ għada: żomm dawn id-dati f’moħħok - 7-11 ta’ Novembru 2018
- Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb
- ‘Il-Letteratura fid-Dijaspora’: konferenza li se tiftaħ il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018
- Mistiedna lokali ewlenin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb: Lou Drofenik u Victor Fenech
- Iltaqa' mal-esebituri tal-Festival Nazzjonali tal- Ktieb 2018
- Ħareġ il-programm uffiċjali tal-avvenimenti fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018
- Tendenzi ġodda u sorpriżi fil-finalisti għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018
- 'Il-kotba jieħdu l-ħajja' fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018
- Il-Finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u Terramaxka 2018
- Premju Nazzjonali tal-Ktieb u Terramaxka 2018
- Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018: attivitajiet u awturi
- Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018
- Festival tal-Ktieb fis-Sajf 2018 - Għawdex: Il-Programm
- Ħarġet il-Formola tal-Applikazzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018
- Il-Festival tal-Ktieb għat-Tfal f’Cospicua
- Il-ftuħ tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus
- Fuzzhoneys u Crytpic Street għall-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- Frankenstein fil-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- L-arti u t-test Dik il-Qtajra fil-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- Jasmin B. Frelih fil-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus
- Palk Ħieles tal-Inizjamed waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- Il-mużika folk sperimentali ta’ Noah Fabri fil-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- It-temi taboo diskussi waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- Taħdita fuq Ċiklemfusa u l-ħrejjef fil-Fesitval tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- Mill-karta għall-ktieb – L-arti tal-legatorija waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- Taħdita dwar William Blake u l-arti tal-istampar fil-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018: Il-Programm
- Imħejji l-Festival tal-Ktieb Fuq il-Kampus 2018
- Tmiem il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017
- Ir-Riżultati tal-Premju Nazzjonali tal-Poeżija Mons. Amante Buontempo
- Trevor Żahra bin-Norveġiż: Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017
- Ros Barber fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017
- Workshop Speċjalizzat fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017
- Serata f'ġieħ Mario Azzopardi fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017
- Shahd Alshammari fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017
- Gilbert Sinoué fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017
- Alex Vella Gera fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017
- Konferenza: Il-Verità fil-Letteratura Fittizja u Dik mhux Fittizja
- Ħareġ il-Programm ta' Attivitajiet Kulturali: Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017
- Workshop mal-ġurnalisti Rosie Goldsmith u Max Easterman: Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017
- Konkors Letterarju tal-Arti għall-Festival tal-Ktieb
- Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017 - Dati u Attivitajiet
- Immanuel Mifsud fil-Festival tal-Ktieb fis-Sajf
- Iż-Żgħażagħ u l-Letteratura fil-Festival tal-Ktieb fis-Sajf
- Sessjoni ta' Qari minn Awturi Diversi - Festival tal-Ktieb fis-Sajf
- Clare Azzopardi u Loranne Vella fil-Festival tal-Ktieb fis-Sajf
- Donazzjoni ta' Kotba fil-Ftuħ tal-Festival tal-Ktieb fis-Sajf
- Ħareġ il-Programm tal-Festival tal-Ktieb fis-Sajf
- Il-Festival tal-Ktieb fis-Sajf - Għawdex
- Notifika // Ħarġet il-Formola tal-Applikazzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017
- Konkors Letterarju tal-Arti: Sejħa għall-Artisti
- Ħarsa lejn il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus: Tmiem
- Ħarsa lejn il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus: It-Tieni Jum
- Ħarsa lejn il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus: L-ewwel jum
- Ħareġ il-Programm tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2017
- Caroline Smailes fil-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2017
- Imħejji l-Festival tal-Ktieb Fuq il-Kampus
- Ftakar dawn id-dati! Festival tal-Ktieb
- REBBIEĦA TAL-KONKORS TAL-POEŻIJA 'MONS' AMANTE BUONTEMPO' 2016
- Jiġi fi tmiemu l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016!
- Rebbieħa tal-Premju Terramaxka 2016
- Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016 jiftaħ għada!
- Basma Abel Aziz fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016
- Promo tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016