
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb flimkien ma’ Malta Libraries u Central Public Library tellaw Librerija ‘Pop-Up’ waqt il-CRICKIDS Festival tul Sibt u Ħadd-il Għid f’Tal-Virtu’, r-Rabat.
Il-KNK qassam fuljetti dwar l-importanza tal-qari liż-żgħar u Malta Libraries daħħlu għadd ta’ membri ġodda ta’ kull eta’ fis-sistema tal-Libreriji Pubbliċi b’hekk fil-jiem li ġejjin jibdew jissellfu l-kotba mill-eqreb libreriji għalihom.
Għadd ta’ sessjonijiet ta’ qari għaż-żgħar ġew organizzati fl-istess festival mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, fosthom sessjonijiet ta’ Aqra Miegħi / Read with Me u Seħer l-Istejjer / The Magic of Stories.