
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb mar Londra għall-Fiera tal-Kotba biex jippromwovi l-kotba Maltin u s-suq Malti tal-kotba ma’ pubblikaturi u entitajiet barranin. Il-Fiera ta’ Londra hija fiera internazzjonali fejn jiltaqgħu taħt saqaf wieħed kumpaniji kbar fis-suq globali tal-kotba flimkien ma’ pubblikaturi u awturi mid-dinja kollha. Din hija l-ewwel darba li Malta qiegħda tiġi irrappreżentata uffiċjalment f’din il-Fiera kbira u prestiġjuża. Uħud mill-għanijiet tal-parteċipazzjoni tal-KNK f’din il-Fiera huma sabiex jinstabu u jiġu sfruttati kuntatti ġodda li jkunu interessati li b’xi mod jew ieħor jipparteċipaw fis-suq Malti tal-kotba jew inkella li jesportaw il-letteratura Maltija barra minn Malta permezz tat-traduzzjoni.
Għall-okkażjoni tal-ftuħ tal-Fiera, it-Tlieta 14 ta’ April, 2015, ġie jżur l-istand ta’ Malta l-Kummissarju Għoli ta’ Malta fir-Renju Unit, Norman Hamilton li esprima pjacir għall-inizjattiva u l-impenn tal-KNK, u aktar u aktar għar-rapprezentazzjoni ta’ Malta f’Londra. F’diskussjoni mal-Kap Eżekuttiv tal-KNK, Mark Camilleri u d-Deputat Kap tal-KNK, Charles Calleja, Norman Hamilton wiegħed li jgħin lill-KNK fl-attivitajiet futuri fir-Renju Unit li minnhom għad jibbenefikaw kemm l-awturi kif ukoll il-pubblikaturi Maltin.
Fil-Ä¡ranet tal-fiera, ir-rappreżentanti Maltin kellhom numru ta’ taħditiet ma rappreżentanti minn pajjiżi u djar ta’  pubblikazjoni differenti; is-Sur Mark Camilleri preżenta taħdita dwar is-suq tal-ktieb Malti ta’ żmienna u flimkien mas-Sur Charles Calleja iltaqa ma Stella Griffiths u Nick Woods mill-AÄ¡enzija Internazzjonali tal-ISBN.