
Il-Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ, issa fit-8 edizzjoni tiegħu, inħoloq bil-għan li tiżdied il-letteratura għaż-żgħażagħ u l-adoloxxenti u sabiex il-kwalità ta’ kotba ta’ dan il-ġeneru fis-suq lokali tilħaq livell għoli. Il-Konkors iservi ukoll ta’ pjattaforma għal kittieba emerġenti – fost ir-rebbieħa tal-konkors tnejn ingħataw il-Premju għall-Aħjar Awtur Emerġenti fi ħdan il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb: Leanne Ellul fl-2016 u Roberta Bajada fl-2017.
Hawn taħt tidher il-lista tar-rebbieħa kollha tal-premju mill-2013 sal-2016. L-edizzjoni tal-2017 intrebħet minn Josianne Blokk bil-manuskritt tagħha 360 degrees, li għadu ma ġiex ippubblikat.
Dawk kollha interessati li jipparteċipaw fl-edizzjoni ta’ din is-sena huma mfakkra li d-data ta’ skadenza għas-sottomissjonijiet hija s-7 ta’ Settembru 2018. Għal aktar informazzjoni dwar il-konkors u l-proċess tal-applikazzjoni segwi din il-ħolqa.
Year | Title | Author | Publisher |
---|---|---|---|
2013-2014 | X'aħna smart | Stephen Lughermo | Horizons Communications |
Gramma | Leanne Ellul | Merlin Publishers Ltd | |
2015 | Termini U Kundizzjonijiet Japplikaw | Roberta Bajada | Merlin Publishers Ltd |
Kulur tal-lellux | Rita Saliba | Book Distributors Ltd | |
2016 | (Ri)ġenerazzjoni | Antoinette Borg | Merlin Publishers Ltd |
Stessi | Matthew Schembri | Merlin Publishers Ltd |