
Bil-parteċipazzjoni ta’ awturi mistiedna, pubblikaturi u dawk kollha li jaħdmu fil-qasam tal-kotba u l-kitba, il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb kull sena jħejji programm rikk ta’ attivitajiet u avvenimenti. L-‘Inkontri Letterarji Qosra’ huma opportunità ġdida waqt il-Festival għal dawk li huma interessati fid-dinja tal-pubblikazzjoni u dejjem xtaqu jkunu jafu aħjar lin-nies li jaħdmu fiha, inkella għandhom xi mistqosija jew jixtiequ jistabbilixxu relazzjonijiet professjonali ġodda.
L-‘Inkontri Letterarji Qosra’ se jagħtuk il-possibbiltà li titkellem mal-awtur favorit tiegħek, tressaq xi proġett biex tħajjar pubblikatur lokali, jew tiddiskuti ma’ professjonisti stabbiliti modi varji ta’ kif tista’ tidħol fis-suq.
L-inkontru jieħu l-forma ta’ laqgħa ras imb ras li ddum 15-il minuta ma’ awtur jew professjonist fis-settur tal-għażla tiegħek. Tul il-Festival se jkun hemm pubblikaturi, qarrejja tal-provi, kittieba lokali u internazzjonali, illustraturi u nies oħra li se jkunu qed jiddedikaw sessjoni ta’ siegħa li ssir fl-Author’s Hub fis-sala kif tidħol, Sagra Infermerija.
Segwi il-ħoloq biex tibbukkja l-laqgħa tiegħek mal-parteċipanti ta’ dis-sena.
Il-Ħamis 7 ta’ Novembru
17:30-18:30 – Il-kittieba Amerikana Kali Wallace
Kali Wallace studjat il-ġeoloġija u rċiviet Dottorat fil-Ġeofiżika, qabel ma rrealizzat li tħobb aktar tivvinta dinjiet immaġinarji milli tirriċerka dawk reali. Hija l-awtriċi tar-rumanzi għaż-żgħażagħ Shallow Graves u The Memory Trees u r-rumanz fantaxjentifiku City of Islands għal-tfal kbar tal-primarja. L-ewwel rumanz tagħha għall-kbar, it-thriller tal-orrur Salvation Day, ippubblikatu aktar kmieni dis-sena. Il-finzjoni qasira tagħha dehret fi Clarkesworld, F&SF, Asimov’s, Tor.com u fuljetti oħra ta’ letteratura spekulattiva. Tgħix fin-naħa t’isfel ta’ Kalifornja.
Thur 7 November
17:30-18:30 – Il-pubblikatur Audrey Cassar (BDL Publishers)
Audrey Cassar ġiet lura Malta fl-2017 wara li studjat il-Liġi fl-Istati Uniti. Meta ġiet iddedikat il-ħin kollu tagħha lil Book Distributors Ltd. fejn tieħu ħsieb l-immaniġġjar ta’ kuljum u tfittex modi innovativi ta’ kif twassal pubblikazzjonijiet ta’ kwalità lill-pubbliku. Audrey hija appassjonata tal-qari diġitali u bħala d-direttur ta’ Octavo MT bħalissa qed taħdem fuq proġett edukattiv għall-qarrejja tal-Malti fil-primarja.
18:30-19:30 – Il-professjonist fl-istampar Franco Portelli (Gutenberg Press, Malta)
Franco Portelli huwa l-Kap tal-Iżvilupp tan-Negozju f’Gutenberg Press Ltd., kumpanija Ewropea ewlenija tal-istampar u l-akbar stamperija f’Malta, b’aktar minn 35 sena esperjenza fis-servizzi tal-istampar.
.
20:00-21:00 – Il-kittieb Brittaniku Jon Courtenay Grimwood
Jon Courtenay Grimwood twieled Malta u trabba fil-Lvant Imbiegħed, ir-Renju Unit u l-Iskandinavja. Kiteb għal bosta gazzetti u fuljetti Brittaniċi ewlenin. Felaheen, it-tielet rumanz fit-triloġija ‘Arabesk’, rebbħu l-British Science Fiction Association Award (BFSA). Ir-rumanzi tiegħu għamluha mal-finalisti ta’ bosta premji oħra, fosthom il-Premju Arthur C Clarke, il-British Fantasy Award u l-Premju Kommemorattiv John W Campbell. Xogħlijietu nqalbu f’aktar minn 10 lingwi.
Il-Ġimgħa 8 ta’ Novembru
17:30-18:30 – Il-pubblikatur Joanne Micallef (FARAXA Publishing, Malta)
Joanne Micallef hija l-fundatriċi u Direttriċi ta’ FARAXA Publishing, kumpanija stabbilita bil-għan li tippubblika xogħlijiet tradotti letterarji u mhux, mingħajr ma teskludi ġeneri oħra. FARAXA ppubblikaw traduzzjonijiet bil-Malti ta’ xogħlijiet t’awturi rinomati bħal Baum, Camus, de Maupassant, Fournier, Reza, Schmitt u Weiss fost oħrajn, kif ukoll introduċew kittieba Maltin ewlenin fis-swieqi globali fl-Ingliż, il-Malti, il-Ġermaniż, it-Taljan u l-Ispanjol.
19:00-20:00 – Il-pubblikatur Sarah Davis-Goff (Tramp Press, Irlanda)
Sarah Davis-Goff (l-Irlanda) waqqfet Tramp Press flimkien ma’ Lisa Coen fl-2014 bil-għan li jiskopru, irawmu u jippubblikaw talent letterarju eċċezzjonali.
Fi Tramp Press huma kommessi biex isibu l-aqwa u l-aħjar kotba minn awturi ġodda u stabbiliti, ippubblikaw ukoll awturi li rċevew kritika tajba immens bħal Thomas Morris, Sara Baume, Joanna Walsh, u Mike McCormack. Davis-Goff hi wkoll l-awtriċi tar-rumanz post-apokalittiku Last Ones Left Alive (Tinder Press, 2019).
Is-Sibt 9 ta’ Novembru
10:00-11:00 – Il-pubblikatur Gordon Pisani (Kite Group, Malta)
Gordon Pisani huwa l-kofundatur u Direttur ta’ Kite Group Publishing.
Kite jippubblikaw titli kontemporanji u joffru lill-qarrej materjal ta’ kwalità għolja. Il-kumpanija toffri s-servizzi tagħha biex jiġi ppubblikat materjal ippreparat, b’kollaborazzjoni mill-qrib mal-klijenti tagħha.
17:00-18:00 – Il-professjonist fl-istampar David Camilleri (Gutenberg Press, Malta)
David Camilleri huwa l-Kap tal-Kummerċ f’Gutenberg Press Ltd.
.
19:00-20:00 – Il-qarrej tal-provi fil-Malti u traduttur Kevin Saliba
Kevin Saliba huwa kittieb, traduttur u riċerkatur. Fl-2006 ippubblika Ħbula Stirati ma’ 4 poeti oħra u wħud mit-traduzzjonijiet tiegħu dehru fil-fuljetti letterarji Il-Malti (Akkademja tal-Malti) u Leħen (Għaqda tal-Malti). Fl-2015 ippubblika ġabra ta’ traduzzjonijiet ta’ poeżiji bil-Malti tal-poetessa Sirjana Maram al-Masri bit-titlu Nisa Bħali. Fix-xhur li ġejjin mistenni jippubblika Huis Clos (Bil-Bieb Mitbuq) ta’ Jean-Paul Sartre. Ir-riċerka tiegħu tinkludi l-Filosofija Kontinentali, l-Eżistenzjaliżmu, il-Filosofija tar-Reliġjon, il-Filosofija tal-Lingwa, l-Istudji fit-Traduzzjoni u t-traduzzjoni Bibblika tax-xogħol ta’ Peter Paul Saydon.
17:30-18:30 – Il-ġurnalist u l-kittieb Teodor Reljić
Teodor Reljić twieled Belgrad (1985) imma trabba Malta (mill-1992 sal-lum), u huwa awtur u kittieb indipendenti ta’ artikli, u editur kulturali u kritiku tal-films mal-MaltaToday. L-ewwel rumanz tiegħu, Two, hu ppubblikat ma’ Merlin Publishers. Riċentament ġie ppubblikat minn Weird Fiction Review, Le Monde N’Est Pas Rond u Filmkrant. Bħalissa qed jikteb MIBDUL, li hu l-ewwel komik serjalizzat f’Malta li se jkun illustrat minn Inez Kristina u mniedi fl-2019 minn Merlin Publishers. Teodor studja l-Ingliż u ġab il-Maġisteru mill-Università ta’ Malta fl-2010.
17:30-18:30 – L-editur u qarrej tal-provi fl-Ingliż Elizabeth Cortis (Proofreading Malta)
Elizabeth Cortis hija editur u qarrejja tal-provi fl-Ingliż kif ukoll tmexxi Proofreading Malta. Fl-irwol professjonali tagħha toffri servizzi ta’ qari tal-provi u editjar lil studenti universitarji, akkademiċi, aġenziji tal-gvern u korporazzjonijiet. Bħala editur tagħti pariri siewja u oġġettivi lill-kittieba dwar il-kitba tagħhom u kif jistgħu jibdlu l-manuskritt tagħhom fi ktieb li jbigħ. Editjat ammont sostanzjali ta’ kotba b’ġeneri differenti fosthom letteratura għat-tfal, mhux fittizji (filosofija, negozju u għajnuna personali) u finzjoni.
18:30-19:30 – Id-disinjatur grafiku Marco Scerri (Malta)
Marco Scerri huwa disinjatur grafiku bbażat fi Glasgow l-Iskozja. Marco ltaqa’ mad-disinn grafiku l-ewwel darba minn missieru u nannuh. Wara li ggradwa fid-disinn grafiku mill-Kulleġġ tal-Arti f’Edinburgh, compra jistudja l-fotografija u l-komunikazzjoni viżiva mill-Iskola tal-Arti fi Glasgow. Xi xogħol tiegħu jinkludi d-disinn ta’ numru ta’ kotba tal-arti.
20:00-21:00 – Il-pubblikatur Tony Ward (Arc Publishers, UK)
Tony Ward huwa l-Editur u d-Direttur ta’ Arc Publications. Waqqaf il-kumpanija fl-1969 u mbarka biex jintroduċi xogħol ġdid lill-qarrejja, għall-bidu bil-pubblikazzjoni ta’ fuljetti magħmula bl-idejn u aktar tard b’kollezzjonijiet sħaħ. Ħamsin sena wara Tony Ward imexxi l-istamperija li llum hi kumpanija b’responsabbiltà limitata, mad-Direttur l-oħra Angela Jarman u Bord Editorjali ta’ tlieta min-nies. Il-kumpanija tipproduċi mal-25 titlu ġdid kuljum. Ward għadu jżomm mal-prinċipji tal-bidu: li jintroduċi l-aqwa talent ġdid lill-qarrejja Brittaniċi li jinkludu vuċijiet lil hinn minn din l-art li li kieku ma kienx għalih ħadd ma jsir jaf dwarhom, filwaqt li jibqa’ jippubblika letteratura kontemporanja.
Arc Publishers ippubblikaw riċentament ġabra ta’ poeżija ta’ Immanuel Mifsud bit-titlu ta’ The Play of Waves.
19:00-20:00 – Il-kittieb Irlandiż Dave Rudden
Dave Rudden huwa l-awtur tat-triloġija Knights of the Borrowed Dark li rebħet premji letterarji, kif ukoll tar-rumanz Twelve Angels Weeping li hu parti mill-antoloġija Doctor Who. Tkellem f’aktar minn 500 skola u librerija mifruxa fi tliet kontinenti, iħobb il-qatets, l-avventura u jeżalta ruħu jkun krudili mal-karattri tfal fittizji tiegħu.
12:00-13:00 – L-illustratur Steve Scicluna (Malta, Spanja)
Steven Scicluna (1984) huwa artist li jaħdem fl-ispazji bejn l-arti, l-illustrazzjoni u d-disinn grafiku. Wara li studja fir-Renju Unit, illum huwa bbażat ġo Valencia, Spanja.
B’esperjenza fil-pittura, l-iskultura, id-disinn grafiku, l-arti tal-graffiti u l-illustrazzjoni, Scicluna jixhed influwenzi minn għadd ta’ dixxiplini, u l-ħidma tiegħu tissejjes fuq is-simboliżmu grafiku u l-ikonografija. Il-qofol ta’ xogħlu huwa ddefinit minn konversazzjoni kontinwa bejn id-dinja ta’ ġewwa u dik ta’ barra, u jiġbed paralleli grafiċi bejn esplorazzjoni spiritwali personali u l-kulturi, l-arkitetturi, il-klimi u l-forom naturali li ssibhom madwarna.
18:00-19:00 – Il-kittieba Maltija Loranne Vella
Loranne Vella hija kittieba, traduttriċi u performer Maltija. Bejn l-2007 u l-2009 kitbet it-tliet volumi ta’ Il-Fiddien ma’ Simon Bartolo – kull volum rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Rokit, l-ewwel rumanz tagħha għall-kbar, ġie ppubblikat fost stennija u tifħir f’Marzu tal-2017, u rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fl-2018. Tgħix Brussel fejn tmexxi grupp interdixxiplinarju ta’ arti performattiva jismu Barumbara Collective. L-aktar performance riċenti tal-grupp – Verbi: mill-bieb ’il ġewwa – kienet ibbażata fuq il-ġabra ta’ novelli ta’ Vella mill-bieb ’il ġewwa, li se tiġi ppubblikata f’Novembru ta’ dis-sena minn Ede Books.
L-‘Inkontri Letterarji Qosra’ se jkunu qed isiru waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb bejn l-Erbgħa 6 ta’ Novembru sas-Sibt 9 ta’ Novembru fl-Author’s Hub, Sala Sagra Infermerija
Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019 se jsir Dar il-Mediterran, il-Belt, mill-Erbgħa 6 ta’ Novembru sal-Ħadd 10 ta’ Novembru. Il-programm tal-avvenimenti kollha se jkun qed jitqassam f’kull dar f’Malta u Għawdex fil-ġimagħtejn li ġejjin.
- Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020 - joħroġ il-poster ta’ din l-edizzjoni
- Skema ġdida għall-eżebituri // Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020
- Żomm dad-dati: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020 // Toħroġ il-formola għall-esebituri
- Pospost il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2020
- L-Arti tal-Protesta waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus
- Ir-rebbieħ tal-Premju T.S. Eliot Mark Doty fost il-mistiedna internazzjonali tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2020
- Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2020: Il-Programm
- Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2020 - titħabbar id-data u l-mistednin speċjali
- Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019 jasal fi tmiemu
- Jitħabbar ir-riżultat tal-Fond għall-Adattament Ċinematografiku tal-KNK
- Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef: Ir-Riżultati
- Jiftaħ il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb: Premju Terramaxka 2019
- Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb jiftaħ għada!
- The NBC visits the World Book Capital 2019: Sharjah
- Taħt il-Qoxra: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb
- Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019
- Inkontri Letterarji Qosra ma’ professjonisti tal-pubblikazzjoni waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019
- Il-mistiedna lokali ewlenin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb: Loranne Vella u Dr. Lillian Sciberras
- ‘Strange New Worlds’ - il-konferenza li se tiftaħ il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019
- Il-qari, it-tfal u l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019
- L-esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019
- Ħareġ il-programm tal-attivitajiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019
- L-Imħallef Rosemarie Aquilina l-mistiedna speċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019
- Sorpriżi u xejriet ġodda: Il-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2019
- ‘Il-Kotba Jieħdu l-Ħajja’ waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019
- Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019: l-attivitajiet u l-awturi
- Il-Finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u Terramaxka 2019
- Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019
- Ħarġet il-Formola tal-Applikazzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019
- Kotba biss kotba spiss: l-attivitajiet letterarji waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2019
- Jitnieda l-programm tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2019
- Imħejji l-Festival tal-Ktieb Fuq il-Kampus 2019
- Lillian Sciberras: Premju għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kotba 2018
- Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018 – avviż
- Ir-Riżultati tal-Premju Nazzjonali tal-Poeżija Mons. Amante Buontempo 2018
- Fetaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb: Premju Terramaxka 2018
- Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb jiftaħ għada: żomm dawn id-dati f’moħħok - 7-11 ta’ Novembru 2018
- Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb
- ‘Il-Letteratura fid-Dijaspora’: konferenza li se tiftaħ il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018
- Mistiedna lokali ewlenin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb: Lou Drofenik u Victor Fenech
- Iltaqa' mal-esebituri tal-Festival Nazzjonali tal- Ktieb 2018
- Ħareġ il-programm uffiċjali tal-avvenimenti fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018
- Tendenzi ġodda u sorpriżi fil-finalisti għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018
- 'Il-kotba jieħdu l-ħajja' fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018
- Il-Finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u Terramaxka 2018
- Premju Nazzjonali tal-Ktieb u Terramaxka 2018
- Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018: attivitajiet u awturi
- Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018
- Festival tal-Ktieb fis-Sajf 2018 - Għawdex: Il-Programm
- Ħarġet il-Formola tal-Applikazzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018
- Il-Festival tal-Ktieb għat-Tfal f’Cospicua
- Il-ftuħ tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus
- Fuzzhoneys u Crytpic Street għall-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- Frankenstein fil-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- L-arti u t-test Dik il-Qtajra fil-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- Jasmin B. Frelih fil-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus
- Palk Ħieles tal-Inizjamed waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- Il-mużika folk sperimentali ta’ Noah Fabri fil-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- It-temi taboo diskussi waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- Taħdita fuq Ċiklemfusa u l-ħrejjef fil-Fesitval tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- Mill-karta għall-ktieb – L-arti tal-legatorija waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- Taħdita dwar William Blake u l-arti tal-istampar fil-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018: Il-Programm
- Imħejji l-Festival tal-Ktieb Fuq il-Kampus 2018
- Tmiem il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017
- Ir-Riżultati tal-Premju Nazzjonali tal-Poeżija Mons. Amante Buontempo
- Trevor Żahra bin-Norveġiż: Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017
- Ros Barber fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017
- Workshop Speċjalizzat fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017
- Serata f'ġieħ Mario Azzopardi fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017
- Shahd Alshammari fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017
- Gilbert Sinoué fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017
- Alex Vella Gera fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017
- Konferenza: Il-Verità fil-Letteratura Fittizja u Dik mhux Fittizja
- Ħareġ il-Programm ta' Attivitajiet Kulturali: Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017
- Workshop mal-ġurnalisti Rosie Goldsmith u Max Easterman: Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017
- Konkors Letterarju tal-Arti għall-Festival tal-Ktieb
- Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017 - Dati u Attivitajiet
- Immanuel Mifsud fil-Festival tal-Ktieb fis-Sajf
- Iż-Żgħażagħ u l-Letteratura fil-Festival tal-Ktieb fis-Sajf
- Sessjoni ta' Qari minn Awturi Diversi - Festival tal-Ktieb fis-Sajf
- Clare Azzopardi u Loranne Vella fil-Festival tal-Ktieb fis-Sajf
- Donazzjoni ta' Kotba fil-Ftuħ tal-Festival tal-Ktieb fis-Sajf
- Ħareġ il-Programm tal-Festival tal-Ktieb fis-Sajf
- Il-Festival tal-Ktieb fis-Sajf - Għawdex
- Notifika // Ħarġet il-Formola tal-Applikazzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017
- Konkors Letterarju tal-Arti: Sejħa għall-Artisti
- Ħarsa lejn il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus: Tmiem
- Ħarsa lejn il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus: It-Tieni Jum
- Ħarsa lejn il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus: L-ewwel jum
- Ħareġ il-Programm tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2017
- Caroline Smailes fil-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2017
- Imħejji l-Festival tal-Ktieb Fuq il-Kampus
- Ftakar dawn id-dati! Festival tal-Ktieb
- REBBIEĦA TAL-KONKORS TAL-POEŻIJA 'MONS' AMANTE BUONTEMPO' 2016
- Jiġi fi tmiemu l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016!
- Rebbieħa tal-Premju Terramaxka 2016
- Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016 jiftaħ għada!
- Basma Abel Aziz fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016
- Promo tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016