ISMN (International Standard Music Number) huwa numru uniku li jidentifika l-publikazzjonijiet tal-mużika miktuba madwar id-dinja, kemm jekk għall-iskopijiet ta’ bejgħ jew sempliċiment għall-użu ta’ silta mużikali.

L-ISMN huwa ddiżinjat biex jirrazjonalizza l-proċess u l-kodifikazzjoni tal-mużika miktuba u l-informazzjoni biblijografika ta’ l-istess xogħol għad-djar ta’ publikazzjoni, is-suq tal-mużika u l-libreriji.

Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb huwa l-aġent f’Malta u Għawdex għall-ħruġ tal-ISMN u għalhekk min ikun jixtieq dan is-servizz jista’ jniżżel kopja tal-applikazzjoni għall-ISMN minn hawn.

Ibgħat il-formola tal-applikazzjoni lil Michael Mercieca jew b’imejl fuq [email protected], inkella bil-posta f’dan l-indirizz: ISMN – il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, il-Librerija Pubblika Ċentrali, Triq Prof. J. Mangion, il-Furjana FRN1800.

Aqra bir-reqqa l-Manwal għall-Utenti tal-ISBN billi tniżżlu minn hawn.

Ġentilment mitlub tinnota li mill-1 ta’ Jannar 2020 l-ISBNs u l-ISMNs saru bla ħlas. Idħol hawnhekk għal aktar informazzjoni.