
Ilbieraħ filgħaxija l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ħabbar ir-riżultati tal-Fond għall-Adattament Ċinematografiku 2019 wara l-premieres tal-film qasir Ġulina (Peter Sant), u episodju mid-dokudrama Storja ta’ Storja (Charlie Cauchi, Martin Bonnici) waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Il-fond, imniedi f’Lulju 2019, huwa maħsub biex ikompli jippromwovi xogħlijiet letterarji Maltin bil-produzzjoni ta’ adattament għaċ-ċinema ta’ ktieb rebbieħ jew finalist tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Il-fond mistenni jkopri l-aspetti kollha tal-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ proġett wieħed rebbieħ b’allokazzjoni massima ta’ € 200,000.
Il-kumpanija awdjoviżiva Shadeena se tirċievi fondi biex tipproduċi l-adattament tal-ktieb rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2013 ta’ Alex Vella Gera Is-Sriep Reġgħu Saru Velenużi. L-applikazzjoni ġiet sottomessa minn Martin Bonnici, li għandu jidderieġi l-film abbażi ta’ skript miktub minn Teodor Reljic.
Waqt li faħħru l-livell għoli tat-tliet proġetti sottomessi, il-bord indipendenti ta’ aġġudikaturi, magħmul mill-Professur Saviour Catania, Dr. Norbert Bugeja, u Andrei Vella Laurenti, irrimarka li l-proġett sottomess minn Shadeena ssodisfa b’suċċess l-għan tal-Fond li jippromwovi aktar il-letteratura Maltija billi “jistieden dibattitu, u jinterroga perjodu notevoli u magħruf fl-istorja soċjali u politika ta’ Malta, li joffri bażi mexxejja għal adattament ta’ film li jipprometti li jqanqal interess mill-pubbliku”.
Il-valutazzjoni sħiħa dwar kull proġett se jintbagħat lill-applikanti fil-ġimgħa li ġejja.
L-applikazzjonijiet għall-fond għalqu fid-29 ta’ Settembru 2019 u l-applikanti ppreżentaw il-proġett lill-aġġudikanti f’Ottubru. Il-benefiċjarju tal-għotja se jkun meħtieġ li jidħol fi ftehim kuntrattwali mal-KNK għall-produzzjoni tal-film sa tmiem l-2019.
- Id-dokudrama ‘Storja ta’ Storja’ imtella’ mill-KNK minn Awwissu fuq TVM
- Taħt il-Qoxra: Charlie Cauchi u Martin Bonnici
- Jitħabbar ir-riżultat tal-Fond għall-Adattament Ċinematografiku tal-KNK
- Il-Fond għall-Adattament Ċinematografiku tal-KNK - Sejħa għall-Applikazzjonijiet
- Konkorsi awdjo-viżivi tal-KNK 2019 - Ħarġu r-riżultati
- Xogħol Awdjoviżiv 2019 tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb: il-Konkors Letterarju ta’ Films Qosra u s-Sejħa għall-Applikazzjonijiet għas-Sensiela ta’ Dokudrama 2019 tal-KNK
- National Book Council Audiovisual work 2019: the Malta Literary Short-Film Contest and the Call for Applications for the NBC Docudrama Series 2019
- Konkors Letterarju tal-Films Qosra 2018
- Fetħu l-applikazzjonijiet għall-Konkors Letterarju ta' Films Qosra 2018
- Ħarġu r-Riżultati tal-Konkors Letterarju tal-Films Qosra
- Adattament Ċinematografiku fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016
- Rebbieħ tal-Konkors għall-Films Qosra tal-KNK u PBS 2016
- Fetħu l-applikazzjonijiet għall-Konkors ta’ Films Qosra KNK PBS 2016
- Rapport Annwali 2015
- It-Trailer ta' 'Dar ir-Rummien'
- Festival Nazzjonali tal-Ktieb: Programm tal-Avvenimenti 2015
- Rebbieħa tal-NBC PBS Konkors Films Qosra 2015
- KNK u PBS: Sejħa għall-Apprentisti biex jaħdmu fuq set ta’ film qasir
- Rapport Annwali 2014
- Il-PBS u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedu l-Konkors għal Films Qosra
- Film tal-KNK: Laqgħa ma' Mara Morbi