Kummenti huma off għal din il-kariga

Joħorġu r-riżultati tal-Fond Malti tal-Ktieb 2020

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed iħabbar li l-Bord tal-Aġġudikazzjoni tal-Fond Malti tal-Ktieb 2020 iddeċieda u qabel dwar is-sottomissjonijiet rebbieħa għal din l-edizzjoni mġedda tal-Fond.

Il-proġetti rebbieħa ntgħażlu skont damma ta’ kriterji mfassla minn qabel, fosthom il-valur kulturali tal-pubblikazzjoni proposta u l-ħtieġa tal-finanzjament minħabba n-natura speċjalizzata u mhux kummerċjali tal-proġett. Fi kliem ieħor, l-għan tal-Fond hu li jappoġġja proġetti sinjifikattivi kulturalment li jeħtieġu finanzjament sabiex jitwettqu.

Anki minħabba l-ammont ta’ sottomissjonijiet ta’ valur f’din l-edizzjoni tal-Fond Malti tal-Ktieb, l-aġġudikaturi ħadu ħsieb li jikkunsidraw ukoll il-valur ta’ kull proġett u, wara analiżi tar-rendikont finanzjarju mehmuż mal-applikazzjoni, allokaw il-fondi tali mod li jkunu biżżejjed biex il-pubblikazzjoni sseħħ jew b’mod sħiħ jew b’mod parzjali.

Id-data tal-għeluq għas-sottomissjoni tal-proġett kienet it-30 ta’ Ġunju, u t-tliet aġġudikaturi ħadmu għal rashom fuq l-istess sett ta’ proposti sakemm fl-20 ta’ Ġunju qasmu ma’ xulxin l-ewwel reazzjonijiet evalwattivi. Fit-3 t’Awwissu t-tliet folji evalwattivi u indipendenti ngħaqdu f’waħda u fis-6 ta’ Ġunju r-rapport finali u l-lista aħħarija tal-benefiċjarji ntbagħtet lill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.

Il-Bord tal-Aġġudikazzjoni tal-Fond Malti tal-Ktieb 2020 kien magħmul minn tliet aġġudikaturi – Is-Sinjura Maria Giuliana Fenech, Prof. Joseph Eynaud, u s-Sinjur Andrei Vella Laurenti.

Tajjeb li wieħed jinnota li, minħabba li kull għotja kellha massimu ta’ fondi allokati għaliha u anki għaliex xi proposti marru aħjar minn oħrajn billi ssodisfaw ir-regolamenti, ġie deċiż li xi proġetti jingħataw fondi parzjali, ie. ngħataw inqas fondi minn kemm talbu oriġinarjament. Peress li dal-proġetti xorta tqiesu li għandhom valur kulturali mdaqqas, il-bord tal-aġġudikaturi tahom parti minn dak li talbu bil-ħsieb li dan jgħinhom jiġu ppubblikati xorta waħda.

Importanti jiġi nnutat ukoll li jekk wieħed ma rnexxilux jikkwalifika did-darba ma jfissirx li ma jistax japplika mill-ġdid bl-istess proġett jew proġett differenti meta terġa’ toħroġ sejħa għall-applikazzjonijiet.

Wara l-proċess tal-għażla u l-pubblikazzjoni tar-riżultati, il-KNK se jikkuntattja lill-applikanti rebbieħa biex jiffirmaw il-kuntratt tal-benefiċjarju, jingħadda lilhom il-fond, u jsir il-ftehim fuq iż-żmien għat-twettiq tal-proġett.

Dawn li ġejjin huma l-proġetti rebbieħa skont il-kategorija tal-Fond, bl-isem tal-benefiċjarju u l-ammont mogħti.

Għotjiet għall-Pubblikazzjoni

Titlu tal-Proġett // 
Project TitleApplikant // 
ApplicantGħotja (Ewro) // 
Grant (Euro)
Art Nouveau in Malta: Architecture in Malta during the InterWar Years 1920/30sConrad Thake5000
Scratches and God, and Some Lies - a study of Josef Kalleya's unpublished sketches by Giuseppe Schembri BonaciNicola Ann Petroni4990
Researched monograph Instrument Building and Musical Culture in Seventeenth-Century MaltaAnna Borg Cardona5000
The "Twin Fat Ladies" of Malta: Context and Symbolism of an Archaeological SensationVeronica Veen5000
Hans Stumme: Il-ħrejjef miġbura u testi oħraJoseph Mizzi (Klabb Kotba Maltin)5000
Pubblikazzjoni bil-kontribut ta' ħames awturiSandro Debono2520
The Vusual Culture of Death in Malta in a Time of Plague: 1675-1814Christian Attard5000
Tattooing in Malta from the 18th to the 20th century. The presentation of research findings on the tattoo practice culture of the MalteseGeorgina Portelli5000
Studji Estetiċi-Letterarji: Ġabra ta' Studji dwar l-estetika u l-letteratura MaltijaJosette Attard2500
Varjazzjoni tas-Skiet : ġabra ta' poezijiNadia Mifsud5000
Il-pubblikazzjoni ta’ tliet drammi rebbieħa ta’ Vincent Vella // The publishing of three award-winning plays by Vincent VellaDavid Bezzina (Horizons)2450
Editjar tar-rumanz Frammenti ta' Tyrone Grima // The editing of Tyrone Grima’s novel FrammentiChris Gruppetta (Merlin Publishers)2540
Total: 50,000

 

Għotjiet għat-Traduzzjoni

Kategorija 1 – Traduzzjoni ta’ Kotba Maltin

Titlu tal-Proġett // 
Project TitleApplikant // 
ApplicantGħotja (Ewro) // 
Grant (Euro)
Il-ġabra ta’ poeżiji Framed ta’ Maria Grech Ganado fl-Armen // Maria Ganado’s Framed: a collection of poems by Maria Ganado. Planned translation in Armenian.Hrant Aleksanyan (Vogi-Nairi Arts Centre)5000
It-traduzzjoni ta’ Castillo ta’ Clare Azzopardi fil-Għarbi // Translation of the novel Castillo by Maltese author Clare Azzopardi in ArabicYehia Fekry (El Maraya for Cultural Production)5000
It-traduzzjoni mill-Malti għat-Taljan ta’ Castillo ta’ Clare Azzopardi. Jinkludi wkoll il-qari tal-provi u l-editjar // Translation from Maltese to Italian and proofreading/editing of Castillo (Clare Azzopardi, Merlin, 2018)Virginia Monteforte5000
It-traduzzjoni għall-Ingliż tal-ktieb Il-Kulur tal-Lellux ta’ Rita Saliba. Titlu tat-traduzzjoni: "The Crown Daisy Patch” // Translation into English of the Maltese book Il-Kulur tal-Lellux by Rita Saliba. Title: "The Crown Daisy Patch"Audrey Cassar (BDL Publishers)2950
Barabbas, the Author and the Prostitute (traduzzjoni ta’/translation of: “Il-Ktieb ta' Barabba”)Charles Casha4980
"The Wizard's Wonder" tells the story of a wealthy family during the Roman times in Malta. One of the main protagonist is St. Paul.Luisa Castorina3603
It-traduzzjoni ta’ Madwar Sagħtejn u Nofs ‘il Bogħod mill-Ġenna ta’ Immanuel Mifsud fis-Serb bl-Ingliż bħala lingwa medjatriċi // Translating book of poems Around Two and a Half Hours Away from Heaven by Immanuel Mifsud into Serbian using English language as a bridge languageDejan Matic (Treci Trg)5000
Everyone But Faiza: traduzzjoni ta’/translation of "Kulħadd Barra Fajża"John Portelli3120
It-traduzzjoni fil-Griek u l-pubblikazzjoni ta’ Bejn Baħar u Baħar // The translation in Greek and publication of Bejn Baħar u Baħar by Elizabeth Grech (Merlin Publishers)Nestoras Poulakos (Vakxikon Publications)5000
Total: 39,653

 

Kategorija 2 – Traduzzjoni għall-Malti

Titlu tal-Proġett // 
Project TitleApplikant // 
ApplicantGħotja (Ewro) // 
Grant (Euro)
It-traduzzjoni għall-Malti ta’ Concerto a' la memoired'un ange (2010) u Voyage au Pays des Arbres (1978 // Translation into Maltese of Concerto a' la memoired'un ange (2010) and Voyage au Pays des Arbres (1978)Claudine Borg2710
It-traduzzjini għall-Malti ta’/Translation into Maltese of La Forma dell'Acqua by Andrea CamilleriAntoinette Borg4928
Traduzzjoni mill-Ingliż tad-dramm Othello ta' William Shakespeare // Translation from English of Othello by William ShakespeareAlfred Palma630
Traduzzjoni tal-ktieb Esercizi di Servizia e Seduzione ta' Irene Chias // Translation of the book Esercizi di Servizia e Seduzione by Irene ChiasDavid Bezzina (Horizons)4000
Traduzzjoni ta’ La Chute ta’ Albert Camus // Translation of the book La Chute by Albert CamusToni Aquilina2732
Total: 15,000