Il-Public Broadcasting Services u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qegħdin ifittxu 3 studenti mill-MCAST Institute of Art and Design li jispeċjalizzaw f’Creative Media Production biex jaħdmu bħala apprentisti mħallsa fuq set ta’ film qasir ibbażat fuq storja pubblikata lokalment. Dan il-film ser jinġibed tul is-sajf 2015 u huwa mistenni li l-apprentisti  jipprattikaw u jtejjbu l-ħiliet tekniċi tagħhom waqt li jaħdmu taħt is-superviżjoni ta’ direttur esperjenzat.

Min jixtieq japplika għandu jibgħat CV flimkien ma’ ittra ta’ introduzzjoni  lis-Sinj. Maria Muscat fuq maria.e.muscat@gov.mt. Data tal-għeluq tas-sottomissjonijiet: 01/05/2014

 .


Share Article