Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq javża lill-pubbliku li, segwenti għal proÄ‹ess twil valutattiv, il-Bord tal-Aġġudikanti għall-Konkors Letterarju tal-Films Qosra 2018 unanimament għażel ‘Camilla’, proÄ¡ett imħejji mis-Sur Martin BonniÄ‹i u l-kumpanija tiegħu Shadeena, bħala r-reÄ‹ipjent tal-fondi dis-sena. ‘Camilla’ huwa adattazzjoni ta’ novella li ġġib l-istess isem meħuda mill-ktieb ta’ Clare Azzopardi, Kulħadd ħalla isem warajh (Merlin Publishers, 2014), li rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2015 fil-kategorija ta’ Stejjer Qosra bl-Ingliż u bil-Malti. In-novella ddur ma’ mara misterjuża mill-Italja li tibda tgħix in-Naxxar fejn isir magħrufa għall-epitaffji li tikteb għan-Naxxarin mejtin.

Il-produzzjoni tal-film għandha tibda fil-Ä¡imgħat li Ä¡ejjin u tkun lesta sa meta l-film jintwera pubblikament għall-ewwel darba fl-10 ta’ Novembru 2018 waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018 Ä¡ewwa d-Dar tal-Mediterran il-Belt Valletta. Viżitaturi se jkunu jistgħu jaraw il-premier ta’ dal-film b’xejn u se jkollhom l-opportunitá sabiex jiltaqgħu mad-direttur tal-film kif ukoll mal-awtriÄ‹i.

L-Bord tal-Aġġudikanti dis-sena kien magħmul minn Andrei Vella Laurenti, Charles Calleja u Mario Cassar. Waqt il-produzzjoni tal-film, l-membri tat-tim iridu jibqgħu f’kuntatt mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u mal-Bord tal-Aġġudikanti biex jaċċertaw li l-proÄ¡ett qed jimxi mal-proposta aċċettata u mal-kriterji u regoli tal-konkors.

 


Share Article