Kummenti huma off għal din il-kariga

Konkors Letteratura għaż-Żgħażagħ 2012

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li għadu kemm ippubblika ż-żewġ rumanzi rebbieħa tat-tielet edizzjoni (2012) tal-Konkors Letterarju ‘Rumanzi għaż-Żgħażagħ’ organizzat mill-Aġenzija Żgħażagħ u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK). Il-kotba rebbieħa huma ‘Ħabib fil-Bżonn’ ta’ Tony C. Cutajar u ‘L-Ewwel Darba li Ħassejtek…’ ta’ Charles Casha. Il-kotba huma immirati għall-adoloxxenti ta’ bejn it-tlettax u s-sittax-il sena.

 

‘L-Ewwel Darba li Ħassejtek…’ huwa rumanz li jitratta dwar kwistjonijiet ta’ mewt, problemi tal-familja, kriminalita’ u l-użu ta’ droga miż-żgħażagħ. Il-protagonist prinċipali, żagħżugħ u ġuvni, jidħol fi kriżi meta jsir jaf il-verita’ fuq missieru u li filfatt, missieru ma kienx miet b’aċċident fuq il-post tax-xogħol skont kif kienet qaltlu ommu.

 

‘Ħabib fil-bżonn’ huwa ktieb li wkoll jitratta dwar probelmi li ż-żgħażagħ jaf jiffaċċjaw fil-familji tagħhom. Il-protagonist prinċipali jsib kenn u għajnuna minn ħbieb ġodda u flimkien magħhom jesperjenza avventuri ġodda f’Għawdex u f’Messina.

 

L-inizjattiva tal-Konkors Letterarju ‘Rumanzi għaż-Żgħażagħ’ tal-KNK u l-Aġenzija Żgħażagħ hija immirata sabiex tiżdied il-letteratura għaż-żgħażagħ u l-adolexxenti. Kemm il-KNK u l-Aġenzija Żgħaħagħ jirrikonoxxu l-fatt li f’Malta hawn nuqqas ta’ letteratura għaż-żgħażagħ u l-adoloxxenti. Din l-inizjattiva li għadha relattivament ġdida, qed tkompli tiġi żvilluppata u l-linji gwida ġodda li fassal il-KNK mal-Aġenzija Żgħażagħ ser jassiguraw li din l-inizjattiva tkompli tissaħħaħ u l-kwalita’ tal-kotba f’dan il-konkors jkomplu jitjiebu. Il-konkors ser jerġa’ jinfetaħ fil-jiem li ġejjin b’linji gwida ġodda.

 

Il-Kotba jistgħu jinxtraw mingħand: Sierra Book Distributors – www.sierra-books.com

 

charles_casha_cover t_c_cutajar_cover

Ritratti tas-serata ta’ premjazzjoni:

IMG_6403 IMG_6409 IMG_6410 IMG_6474 IMG_6542 IMG_6548 IMG_6552 IMG_6561 IMG_6566 IMG_6573 IMG_6603 IMG_6619

IMG_6377IMG_6390