
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir iħabbar il-proġetti rebbieħa tal-Konkors Letterarju tal-Films Qosra 2019 u tas-Sensiela ta’ Dokudrama 2019 tal-KNK. Wara l-għeluq tal-perjodu tal-applikazzjoniet fit-30 ta’ Marzu, is-sottomissjonijiet ġew riveduti mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Il-KNK irċieva applikazzjoni waħda għal kull konkors. It-tnejn li huma kienu meqjusa ta’ livell għoli skont il-Kriterji tal-Aġġudikazzjoni u għalhekk iż-żewġ applikazzjonijiet ingħataw il-fondi allokati mill-konkorsi rispettivi.
Il-fondi għall-Konkors Letterarju tal-Films Qosra 2019 se jingħataw lil ‘Ġulina’, proġett ippreżentat mid- direttur u l-produttur is-Sur Peter Sant u l-kumpanija tiegħu Hereonin Ltd. ‘Ġulina’ huwa adattazzjoni ta’ novella li ġġib l-istess isem meħuda mill-ktieb ta’ Alfred Sant, Pupu fil-Baħar – Rakkonti u Divertimenti (SKS, 2009). In-novella ta’ Alfred Sant issegwi xebba b’ħajja sempliċi minn raħal żgħir hekk kif tadatta għall-bidliet li ġabu magħhom il-mewt ta’ ommha, it-telf tar-razzett tal-familja, u l-miġja ta’ saċerdot ġdid.
Il-film qasir se jiġi prodott fix-xhur li ġejjin u jintwera pubblikament għall-ewwel darba f’avveniment speċjali waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb f’Novembru 2019. Il-viżitaturi se jkunu jistgħu jaraw il-premier ta’ dal-film b’xejn u se jkollhom l-opportunitá sabiex jiltaqgħu mad-direttur tal-film kif ukoll mal-awtur.

Il-kumpanija Sajjetta se tingħata fondi għas-Sensiela ta’ Dokudrama 2019 għall-proġett bit-titlu ta’ ‘Storja ta’ Storja’. ‘Storja ta’ Storja’ huwa ko-prodott u dirett mis-Sinj. Charlie Cauchi u s-Sur Martin Bonnici. Is- sensiela ta’ tmien episodji se tkun magħmula minn intervisti ma’ awturi Maltin rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, u drammatizzazzjonijiet tax-xogħlijiet tagħhom. L-awturi intervistati se jkunu Alex Vella Gera, Clare Azzopardi, Alfred Sant, Maria Grech Ganado, Immanuel Mifsud, Loranne Vella, Walid Nabhan u Keith Sciberras.
Il-membri tat-timijiet ta’ produzzjoni għandhom jaġġornaw lill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb dwar il-progress tagħhom sabiex jiżguraw li l-proġett qed jimxi skond il-proposta aċċettata u mal-kriterji u regoli tal-konkors.
- Id-dokudrama ‘Storja ta’ Storja’ imtella’ mill-KNK minn Awwissu fuq TVM
- Taħt il-Qoxra: Charlie Cauchi u Martin Bonnici
- Jitħabbar ir-riżultat tal-Fond għall-Adattament Ċinematografiku tal-KNK
- Il-Fond għall-Adattament Ċinematografiku tal-KNK - Sejħa għall-Applikazzjonijiet
- Konkorsi awdjo-viżivi tal-KNK 2019 - Ħarġu r-riżultati
- Xogħol Awdjoviżiv 2019 tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb: il-Konkors Letterarju ta’ Films Qosra u s-Sejħa għall-Applikazzjonijiet għas-Sensiela ta’ Dokudrama 2019 tal-KNK
- National Book Council Audiovisual work 2019: the Malta Literary Short-Film Contest and the Call for Applications for the NBC Docudrama Series 2019
- Konkors Letterarju tal-Films Qosra 2018
- Fetħu l-applikazzjonijiet għall-Konkors Letterarju ta' Films Qosra 2018
- Ħarġu r-Riżultati tal-Konkors Letterarju tal-Films Qosra
- Adattament Ċinematografiku fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016
- Rebbieħ tal-Konkors għall-Films Qosra tal-KNK u PBS 2016
- Fetħu l-applikazzjonijiet għall-Konkors ta’ Films Qosra KNK PBS 2016
- Rapport Annwali 2015
- It-Trailer ta' 'Dar ir-Rummien'
- Festival Nazzjonali tal-Ktieb: Programm tal-Avvenimenti 2015
- Rebbieħa tal-NBC PBS Konkors Films Qosra 2015
- KNK u PBS: Sejħa għall-Apprentisti biex jaħdmu fuq set ta’ film qasir
- Rapport Annwali 2014
- Il-PBS u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iniedu l-Konkors għal Films Qosra
- Film tal-KNK: Laqgħa ma' Mara Morbi