Kummenti huma off għal din il-kariga

Konsultazzjoni Pubblika dwar il-PLR 2014

It-Tnejn 6 ta’ Jannar, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb organizza konsultazzjoni pubblika fil-Grand Hotel Excelsior biex jiddiskutti l-introduzzjoni tas-Sistema tad-Drittijiet tas-Self Pubbliku (PLR – Public Lending Rights) fil-gżejjer ta’ Malta u Għawdex. Il-Kunsill laqa’ diversi suġġerimenti fosthom: l-importanza li l-awturi lokali jesprimu interess billi japplikaw biex jibdew jibbenifikaw minn din l-iskema kif wkoll li l-awturi jirreġistraw il-kotba tagħhom b’ISBN maħruġ mill-istess Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (l-uniċi aġenti fuq il-gżejjer Maltin li jirrappreżentaw l-Aġenzija Internazzjonali tal-ISBN) qabel ma japplikaw għal din l-iskema. Is-sistema għandha tibda topera hekk kif is-sistema ikkompjuterizzata tal-Malta Libraries timxi għal software Vsmart li jiffacilita il-kalkoli u r-rapporti dwar self mill-libreriji. Nisperaw bis-sħiħ li din is-skema tibda topera b’mod komplut għall-aħħar ta’ din is-sena.