Kummenti huma off għal din il-kariga

L-edizzjoni riveduta tal-Manwal tal-ISBN bil-Malti issa disponibbli

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir iħabbar li l-verżjoni riveduta tas-seba’ edizzjoni tal-Manwal tal-ISBN bil-Malti issa tista’ ssibha fis-sit tal-Aġenzija Internazzjonali tal-ISBN. Tista’ wkoll tniżżilha minn hawn.

Il-Manwal għall-Utenti tal-ISBN huwa l-gwida definittiva għas-sistema tal-ISBN. L-FAQs jipprovdu informazzjoni dwar l-aktar aspetti ċentrali dwar l-ISBN u, f’ċerti każi, wieħed jista’ jsib ħoloq li joħduk direttament lejn il-Manwa għall-Utenti għal aktar informazzjoni.