L-esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2022

Dawn huma l-esebituri li qed jipparteċipaw fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2022 bil-ħwienet tal-kotba tagħhom. Segwi l-ħoloq għas-siti tagħhom sabiex tixtri l-kotba, tiskopri titli ġodda u tibbenefika mill-offerti.

L-esebituri tal-Festival ħejjew attivitajiet għaż-żgħar u l-kbar mifruxin fuq il-ħamest ijiem tal-Festival. Il-programm sħiħ tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2022 se jiġi ppubblikat fil-ġimgħat li ġejjin.

Agenda Bookshop huwa wieħed mill-aktar bejjiegħa tal-kotba u tal-fuljetti importanti f’Malta. Il-ħwienet tal-Agenda jinsabu f’postijiet ċentrali u ewlenin f’Malta, fosthom l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta u stabbilimenti ewlenin tax-xiri. Għand Agenda Bookshop issib l-aqwa u l-aħħar kotba li kienu suċċess madwar id-dinja, kif ukoll għażla wiesgħa ta’ titli ġodda kuljum. L-għażla ta’ kotba għand Agenda hija varja daqs kemm mistennija li tkun minn ħwienet tal-kotba ewlenin fir-Renju Unit.

Visit website

Il-Komunità Musulmana Ahmadiyya hija organizzazzjoni reliġjuża internazzjonali b’fergħat f’aktar minn 210 pajjiżi. Hija tinkoraġġixxi djalogu, paċi, imħabba u rispett bejn segwaċi ta’ twemmin differenti. Il-Komunità Ahmadiyya Musulmana tippromwovi l-edukazzjoni, l-għarfien u l-qari tal-kotba, u għal dan l-għan il-Komunità tippubblika kotba bil-Malti. Il-Komunità Ahmadiyya Musulmana hija magħrufa wkoll għas-sehem tagħha attiv fl-għajnuna soċjali u li tgħin lil dawk li huma fil-bżonn, u tinvolvi ruħha f’ħidma karitatevoli u filantropika. Il-motto tagħha huwa: “Imħabba għal Kulħadd, Mibegħda għal Ħadd”.

Visit website

Il-Kunsill Malti ghall-Arti (KMA) huwa l-aġenzija nazzjonali għall-iżvilupp u l-investiment fis-setturi kulturali u kreattivi. Il-Kunsill jamministra portafoll ta’ finanzjament għas-setturi kulturali u kreattivi permezz tal-programmi ta’ finanzjament nazzjonali tiegħu. Il-missjoni tagħna hija mmexxija mill-impenn tagħna favur id-drittijiet kulturali u l-investiment fl-arti sabiex insaħħu l-ekoloġija kreattiva u kulturali ta’ Malta.

Visit website

BDL Distribution ilu għal aktar minn 25 sena d-distributur ewlieni ta’ pubblikazzjonijiet fil-ħwienet tal-kotba u ħwienet oħra f’Malta u Għawdex. BDL Publishing, it-tieni pilastru tal-kumpanija, jispeċjalizza f’kotba ta’ kwalità li jvarjaw minn letteratura fittizja għat-tfal għal kotba prestiġjużi tal-melitensia. It-tielet pilastru tal-kumpanija huwa BDL Retail. Il-ħanut ta’ San Ġwann jinkludi ġabra estensiva tal-aqwa kotba fejn wieħed jista’ jfittex u jixtri direttament minn għażla ta’ ’l fuq minn 20,000 titlu.

Visit website

Bookends huwa ħanut il-Fgura li joffri kotba ġodda bi prezzijiet ferm iktar baxxi mill-prezzijiet oriġinali tagħhom. Għandek issib għażla kbira ta’ kotba fuq suġġetti differenti. Fis-suq lokali Bookends kiseb reputazzjoni qawwija, kemm għall-kwalità tal-kotba, kif ukoll għall-prezzijiet irħas ħafna.

Visit website

Iċ-ĊAK (Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni), fi ħdan il-Patrijiet Franġiskani Konventwali, twaqqaf fl-1998 bl-iskop li jwieġeb għall-ħtiġijiet tal-animazzjoni reliġjuża permezz tal-mezzi tal-komunikazzjoni soċjali. Beda jippubblika diversi fuljetti, rivisti u kotba ta’ natura reliġjuża u fl-2005 inkorpora miegħu d-Dar Editriċi Reliġjon u Ħajja li kienet twaqqfet fl-1967 minn Patri Alessandru Bonnici. Id-Dar Editriċi kompliet bil-ħidma fil-qasam tal-kotba reliġjużi u saret il-pubblikatur uffiċjali tad-dokumenti l-aktar importanti tal-Knisja u tal-Papiet; dan bi ftehim mal-Konferenza Episkopali Maltija u mal-Libreria Editrice Vaticana. RuĦ sa issa ppubblikat  aktar minn 330 ktieb.

Visit website

Carl huwa żagħżugħ dħuli ta’ 14-il sena fid-disa’ sena fil-Kulleġġ Stella Maris tal-Gżira. Il-kreattività, l-għarfien u l-metikolożità huma wħud mill-kwalitajiet li jsawru għall-personalità ta’ Carl. Huwa akkanit tal-istorja u l-mitoloġija, u jgħaddas lilu nnifsu fil-kotba tiegħu biex jesplora l-pedamenti tad-dinja u l-esperjenza tal-ħajja tal-bniedem. Carl jiddependi fuq l-immaġinazzjoni vivaċi tiegħu biex jinseġ stejjer avventurużi f’moħħu, li mbagħad kien jirrakkonta lill-familja u ’l sħabu. Dan, u l-persistenza tiegħu, għenuh biex ikun ispirat biex jikteb l-ewwel ktieb tiegħu f’età daqshekk żgħira.

Visit website

Dar Camilleri hija d-dar ta’ pubblikazzjoni ta’ Mark Camilleri u tippubblika kotba storiċi, ta’ riċerka u letteratura. L-għan tagħna huwa li gradwalment nippubblikaw kollezzjoni ta’ kotba ta’ kwalità għolja. Il-pubblikazzjoni tagħna ĠAĦAN FL-AQWA ŻMIEN kienet best-seller u se nniedu antoloġija ta’ letteratura Maltija ta’ wħud mill-aqwa kittieba Maltin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb.

Visit website

Deer Publications hija dar tal-pubblikazzjoni żgħira li stabbiliet ruħha fil-qasam partikolari iżda popolari ta’ kotba relatati mal-ħajja tal-qaddisin u ċ-ċelebrazzjonijiet soċjokulturali tagħhom li jsiru lokalment b’pompa u entużjażmu kbir. Il-pubblikazzjoni ewlenija tagħha hija l-enċiklopedija tal-festa Ilwien il-Festi Maltin (kull wieħed mill-għaxar volumi jinkludi ’l fuq minn 650 ritratt meħud mill-fotografu professjonali u dilettant tal-festa Mark Micallef Perconte). L-editur tas-serje huwa Andrew Borg li wkoll daħal mill-ġdid fis-suq tal-kotba tal-qaddisin addattati għall-qarrej żagħżugħ. L-aħħar proġett ta’ Deer Publications huwa pubblikazzjoni maġġuri ta’ kollezzjoni ta’ studji akkademiċi dwar San Ġużepp, li għalih il-Papa Franġisku ddikjara l-2021 bħala s-sena speċjali tiegħu.

Visit website

Koperattiva Kixott huwa ħanut tal-kotba u spazju għall-avvenimenti kulturali. Il-koperattiva hija magħmula minn numru ta’ artisti u b’kollaborazzjoni ma’ Ede Books. // Ede Books hija impriża żgħira ta’ pubblikazzjoni li tipproduċi kotba u pubblikazzjonijiet perjodiċi b’kontenut viżiv li jmiss mal-arti, il-poeżija, il-fotografija u l-kultura urbana.

Visit website

Rita Antoinette Borg twieldet Malta, trabbiet New York u ġiet lura meta kellha 15-il sena. Hija membru tas-Society of Children’s Writers and Illustrators. Ippubblikat disa’ kotba għat-tfal. Żewġ kotba bl-istampi rebħu l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb: Il-Ħarba taż-Żrinġijiet / The Frogs’ Great Escape (2003); Taqsamx it-Triq, Fuxa / Don’t Cross the Road, Holly (2009). Il-poeżija tagħha ‘Waiting for Dolphins’ ġiet ippubblikata minn Bloomsbury UK fl-antoloġija Is this Poem? Issa twettaq sessjonijiet ta’ rakkont ta’ stejjer, tibbloggja għat-Times of Malta u qed tikteb rumanz bl-Ingliż għaż-żagħżagħ u rakkont tal-memorji tagħha.

E: rita@ritaborg.us

L-Aġenzija tal-Enerġija u l-Ilma (EWA) hija aġenzija governattiva. Mindu bdejna fl-2014, il-missjoni tagħna hi li nassiguraw is-sigurtà, is-sostenibbiltà u l-affordabbiltà tal-enerġija u l-ilma f’Malta. Inħejju u nikkordinaw l-implimentazzjoni tal-politiki nazzjonali tal-Gvern għall-enerġija u l-ilma, kif ukoll il-leġislazzjonijiet tal-UE dwar l-enerġija u s-sostenibbiltà. Nikkontribwixxu wkoll fuq il-liġijiet u nixprunaw it-triq għal politiki relatati mal-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza enerġetika, l-immaniġġjar u d-domanda għall-ilma, u s-sigurtà tal-provvista tad-dawl, il-gass u l-ilma f’Malta. Bis-saħħa ta’ riċerka u mudellar estensiv, inbassru d-domanda f’Malta għall-enerġija u l-ilma sabiex nassiguraw li dawn it-tnejn jaslu fid-djar b’mod stabbli għall-ambjent.

Visit website

Fabrizio Ellul huwa artist li jaħdem bl-użu tradizzjonali tad-disinn u t-tpinġija biż-żejt, u esebixxa f’Malta u l-Ġermanja. Fl-2020 beda Filfla Studio, fejn jispeċjalizza fl-arti diġitali biex jesprimi narrattiva. Sarangu: The Sack Man huwa l ewwel rumanz grafiku tiegħu, u kien possibli bl-għajnuna tal-Kunsill Malti tal-Arti u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb. Il-proġett ibbenefika minn fondi oħra ta’ riċerka mill-Kunsill Malti tal-Arti, dwar il-pesta bubonika tal-1813 f’Malta u l-folk Malti. Din ir-riċerka tinsab fuq www.filfla.studio.

Visit website

Id-Dar tal-Pubblikazzjoni Faraxa twaqqfet fl-2011 bil-għan li tippubblika traduzzjonijiet letterarji u mhux għal-lingwa Maltija; xogħlijiet ta’ awturi rinomati fid-dinja, kif ukoll ta’ dawk inqas magħrufa. Is-Sensiela Traduzzjonijiet Faraxa issa tinkludi ’l fuq minn 25 xogħol klassiku Ewropew fit-traduzzjoni għall-Malti u se tkun qed tespandi aktar. Faraxa ppubblikat kotba ta’ ħafna ġeneri, minn xogħlijiet akkademiċi, mużika klassika, poeżija, filosofija, xogħlijiet għall-adolexxenti, kif ukoll xogħlijiet ta’ fantasija u letteratura għat-tfal.

Visit website

Fondazzjoni Sagħtar hija l-id professjonali tal-Malta Union of Teachers (MUT), u taħdem biex ittejjeb u ġġib ’il quddiem il-kwalitajiet professjonali tal-edukaturi Maltin u Għawdxin, u tgħin fil-ħidma edukattiva permezz ta’ pubblikazzjonijiet, korsijiet, taħditiet u riżorsi edukattivi oħrajn. Ewlenija fost il-pubblikazzjonijiet tal-Fondazzjoni hija r-rivista popolari Sagħtar, li toħroġ kull xahar matul is-sena skolastika u għandha storja ta’ 50 sena.

Visit website

Casey Martin can usually be found leading a learning experience with an enthusiastic and excited group of diverse learners. It’s not uncommon to find him covered in paint, dressed in a crazy costume, or knee-deep in a school garden.  He is a world traveler and international school teacher with a passion for helping children make connections to the world around them. He  is committed to helping learners discover their individual beauty, strengths, and identity.  He has written and published three children’s books with the latest one, Wally Worm and the Wool Scarves taking place on the island of Malta.  It is the first Malta children’s book to capture the vibrant life of Malta, while delivering a positive message.  His company Freckled Color Publishing is based out of the United States, but reaches children worldwide.  Check out his website for more information or to book personal book reads, workshops and unique learning experiences.

Visit website

L-għan tal-organizzazzjoni huwa li titqajjem kuxjenza pubblika dwar ix-xogħol li jsir fl-Arkivji Nazzjonali u l-importanza li jiġi ppreservat materjal ta’ valur storiku.

Visit website

Il‐German‐Maltese Circle hija organizazzjoni volontarja li twaqqfet fit‐18 ta’ Ottubru 1962.  L‐għan tagħha huwa li tippromwovi ħbiberija bejn il‐Ġermanja u Malta u għaldaqstant l‐Għaqda ilha mit‐twaqqif tagħha torganizza attivitajiet kulturali u korsijiet tal-Ġermaniz kemm għat‐tfal u kemm għall‐adulti. // Id‐Dipartiment tal‐Ġermaniż huwa parti mill‐Fakultà tal‐Arti fl‐Università ta’ Malta. Id‐Dipartiment joffri l‐opportunità li l‐istudenti jistudjaw il‐Ġermaniż f’firxa ta’ korsijiet: korsijiet full‐time undergraduate u postgraduate (BA Unuri bil‐Ġermaniż, BA Ġenerali bil‐Ġermaniż, MA u PhD bil‐Ġermaniż), korsijiet tal‐lingwa part‐time għal‐livelli kollha tal‐lingwa (Ċertifikat/Diploma fil‐Profiċjenza tal‐Lingwa), u korsijiet part‐time filgħaxija għall‐pubbliku ġenerali (Ċertifikat/Diploma bil‐Ġermaniż).

Visit website

The Għaqda tal-Malti – Università is a student organisation which strives to represent students of Maltese at post-secondary and tertiary levels, whilst offering a space for all individuals with a passion for Maltese to promote and safeguard the language, in different ways. Every year, the organisation launches its annual publication, Leħen il- Malti, at the Malta Book Festival. // Inizjamed is a voluntary non-governmental cultural organization founded in 1998 that is committed towards the regeneration of culture and artistic expression in the Maltese Islands and actively promotes a greater awareness of the cultures of the Mediterranean. Inizjamed is a project-based organization whose lean internal structure reflects its emphasis on concrete action and fruitful collaboration with all those with whom it shares common goals. 

Heritage Malta hija l-aġenzija nazzjonali tal-mużewijiet, il-konservazzjoni u l-patrimonju kulturali. Hija attiva ferm fil-kamp tal-pubblikazzjoni bħala parti mill-isforzi tagħha b’risq id-demokratizzazzjoni tal-patrimonju. Il-firxa ta’ xogħlijiet ippubblikati tinkludi katalgi tal-wirjiet, ġabriet ta’ studji, kotba għat-tfal, kotba marbuta ma’ proġetti ta’ konservazzjoni u riġenerazzjoni, u studji aktar iffukati. Fil-ħarifa tal-2015, Heritage Malta nediet ukoll perjodiku li joħroġ darbtejn fis-sena.

Visit website

Horizons hija waħda mid-djar tal-pubblikazzjonijiet ewlenin f’Malta, rebbieħa ta’ bosta premji letterarji fil-kategoriji differenti tal-kotba. Ippubblikat awturi magħrufa u stabbiliti bħal Mario Azzopardi, Charles Briffa, Lina Brockdorff, Victor Fenech, Charles Flores, Albert Marshall, Gorg Peresso, Giuseppe Schembri Bonaci u Vincent Vella, kif ukoll introduċiet awturi ġodda bħal Eman Bonnici, Edgar Formosa, Jacqueline Mizzi, Sergio Grech, Tyrone Grima, Stephen Lughermo, Justin Schembri u André Mangion.

Visit website

​​Infomediaworks Ltd tipprovdi servizzi ta’ pubblikazzjoni u informazzjoni ġenerali biex tinkoraġġixxi l-awtopubblikazzjoni fost awturi aspiranti u stabbiliti. Ibbażati fir-Renju Unit, is-servizzi tagħna jinkludu servizzi editorjali kompluti; pubblikazzjoni b’baġit baxx; pubblikazzjoni speċjalizzata, promozzjoni, u marketing għal pajjiżi Afrikani; xogħol ta’ traduzzjoni fil-lingwi Afrikani ewlenin, u rappreżentazzjoni ta’ aġenzija għall-awturi.Imwaqqfa fl-2016, naqdu kemm klijentela nazzjonali kif ukoll barranija. Naħdmu ma’ awturi li jippubblikaw l-ewwel titlu tagħhom u nipprovdu lill-awturi ppubblikati appoġġ promozzjonali u ta’ kummerċjalizzazzjoni supplimentari permezz ta’ rappreżentazzjoni f’avvenimenti letterarji, fieri tal-kotba, u espożizzjonijiet. Nikkollaboraw ma’ ħwienet oħra tal-pubblikazzjoni fi proġetti relatati.

Visit website

Infinity Books was founded in 2018 and has its headquarters in Malta. Infinity promotes no specific literary genre. They publish Christian books and study books, novels, children’s books, comics, and reprint classics of English and Italian literature. Infinity uses Amazon for printing and worldwide distribution of their books. Infinity Books published and assisted self-publish authors from Malta, USA, UK, Italy, Hungary, Albania, Israel and Jamaica. So far it has published books in English, Italian, Greek and Albanese, including English books by Sue Senden, Giuseppe Guarino and David R. Palmer, and Italian books by Andrea Magri, Marco Maugeri, Antonio Calisi, Daniela Annunziata, Pino Cacozza, Alessandra Albani.

Visit website

L-Istituto Italiano di Cultura huwa simbolu tal-wirt Taljan f’Malta u huwa parti mill-Ambaxxata Taljana f’Malta. L-għan ewlieni tiegħu huwa l-promozzjoni tal-lingwa u l-kultura Taljana permezz ta’ avvenimenti – bħal wirjiet, kunċerti u konferenzi – u librerija estensiva miftuħa għall-pubbliku.

Visit website

Joseph Grech huwa l-awtur ta’ dawn it-tmien kotba: Malta and Gozo Buses 1905 – 2011 (2021); Il-Vari ta’ Malta u Għawdex (It-Tieni Edizzjoni 2019); L-Altari tar-Repożizzjoni fil-Parroċċi ta’ Malta u Għawdex (2007); Il-Każini tal-Baned ta’ Malta u Għawdex (2001); Il-Kwadri Titulari tal-Parroċċi ta’ Malta u Għawdex (2000); Il-Vari ta’ Kristu Rxoxt fil-Knejjes ta’ Malta u Għawdex (2000); Il-Vari tal-Ġimgħa L-Kbira ta’ Malta u Għawdex (1999); Il-Vari ta’ Malta u Għawdex (1998).

E: josephgrech22@outlook.com

Joseph, jew kif inhu aktar magħruf, Joe, ġej minn qasam artistiku li jinkludi l-pittura, l-arti grafika u l-fotografija. Ilu jaħdem fil-fotografija artistika mill-1979 u laħaq l-ogħla livell ta’ Fellowship f’diversi organizzazzjonijiet professjonali kemm lokali u barranin. Studja wkoll d-disinn grafiku ġewwa Firenze u fl-2015 iggradwa b’Maġisteru fil-Belle Arti u l-Arti Diġitali mill-Università ta’ Malta. Joe jaħdem l-aktar fil-fotografija dokumentattiva, l-arti performattiva, il-portrait u arkitettura. Kellu diversi wirjiet personali kif ukoll kollettivi kemm f’Malta u barra minn xtutna, u rċieva diversi premjijiet internazzjonali fosthom fil-wirja prestiġjuża Taylor Wessing Portrait Prize ġewwa Londra fl-2014, l-2015 u l-2021.

Visit website

Il-kreattività, l-innovazzjoni, u l-kwalità għolja u ta’ interess għall-qarreja huma fost l-aktar kunsiderazzjonijiet importanti għal Kite Group. Permezz ta’ kull ktieb, Kite Group jimmira li  joħloq esperjeza li tagħti gost lill-qarrejja. Dan jgħodd kemm għal min ifittex il-viżiv u anki għal min ifittex il-qari. Fost il-kotba li ġew ippubblikati minn din id-dar tal-pubblikazzjonijiet, rebbieħa ta’ diversi premjijiet, hemm dawk dwar l-arti, il-kultura, bijografiji, stejjer qosra, kotba t’umoriżmu, fotografija, arkitettura, liġi u l-istorja ta’ pajjiżna. Kite Group joffri servizz lill-qarrejja u lil kull min irid jippubblika ktieb. Tista’ tixtri kotba ppubblikati minn Kite Group minn www.kitegroup.com.mt u tingħata skont ta’ 25% billi ddaħħal il-kodiċi tal-kupun BOOKS25.

Visit website

Kiwi hija dar tal-pubblikazzjoni ffukata fuq li toffri esperjenza unika fil-kotba għat-tfal. Kiwi temmen li l-kotba għandhom jipprovdu opportunità għat-tfal biex jitgħallmu u joħolmu. Konformi mal-filosofija tagħha, Kiwi tippubblika kotba tat-tfal ta’ kwalità għolja b’differenza, u ġġib stejjer sinjifikanti u tispira lill-qarrejja żgħar biex joħolmu.

Visit website

Pubblikaturi u produtturi ta’ kotba artiġġjanali u prodotti tal-karta maħduma bl-idejn. L-istorja ta’ Kotba Calleja tibda mill-imħabba għall-karta bħala materjal umli, uniku u versatili. Hija passjoni li tissarraf fi prodotti ta’ kwalità maħduma mill-bidu sal-aħħar f’Malta.  Kull parti tal-proċess – kull tinja, kull qtugħ, kull pont ħjata, kull inkollatura – issir bl-idejn, bir-reqqa u bil-paċenzja. Għalhekk uniċi. Kotba Calleja tippubblika letteratura li ma tibżax tesperimenta, li tgħarrex fl-idjoma, fil-vokabularji, fis-sintassi għal xbihat li jagħtu identità ġdida lill-poeżija u r-rumanz Malti.  Din id-dar ta’ pubblikazzjoni tirrapreżenta kemm kittieba stabbiliti kif ukoll poeti u rumanziera ġodda.

Visit website

Fl-1975 is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija magħrufa bħala M.U.S.E.U.M. żviluppat ħanut tal-kotba, illum stabbilit sewwa, bl-isem tal-fundatur tagħha, Preca Library. Il-ħanut jispeċjalizza fil-bejgħ ta’ letteratura reliġjuża u riżorsi multimedjali oħra minn bosta mid-djar tal-pubblikazzjoni ewlenin fl-Ewropa, l-Asja u l-Amerika ta’ Fuq. F’Novembru 1997 il-ħanut tal-kotba mexa għal żona aktar spazjuża u ddisinjata speċifikament għalih fid-Dar Ċentrali tas-Soċjetà fi Blata l-Bajda, li toffri aċċess aħjar għall-pubbliku ġenerali. Minbarra l-varjetà kbira ta’ kotba spiritwali, il-Librerija Preca toffri varjetà kbira ta’ tifkiriet Nisranin għall-okkażjonijiet kollha: Il-Milied, Il-Ġimgħa Mqaddsa, Tiġijiet, Il-Magħmudija, It-Tqarbina, Il-Griżma, Għeluq is-snin, eċċ.

Visit website

Alfred Reale kiteb Is-Sigriet tas-Siġill, l-ewwel rumanz tiegħu, biex il-fondi kollha mill-bejgħ imorru għall-Malta Guide Dogs Foundation (MGDF). Fl-2018, minħabba l-glawkoma, il-vista ta’ Alfred marret għall-agħar drastikament u kellu jirtira mix-xogħol bħala membru tal-Forzi Armati ta’ Malta. L-MGDF twaqqfet fl-2006 u tiġbor fiha bħala għaqdiet fondaturi il-Malta Society of the Blind and the Visually Impaired (MSB), it-Torball Society of the Blind u l-Gozo Aid for the Visually Impaired (GAVI). Fost l-għanijiet tagħha, tiġbor fondi biex tkun tista’ tagħti klieb gwida lil nies neqsin mid-dawl.

Visit website

Malta Libraries hija l-entità responsabbli għall-Bibljoteka Nazzjonali ta’ Malta, il-Librerija Nazzjonali (Għawdex), il-Librerija Ċentrali Pubblika, il-Librerija Pubblika ta’ Għawdex, il-Libreriji Pubbliċi Reġjonali u Lokali f’Malta u Għawdex u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Bibljografija. Bħala entità, Malta Libraries ġiet imwaqqfa bl-Att Dwar il-Libreriji Maltin (Att VII tal-2011), flok dak li qabel kien id-Dipartiment tal-Libreriji.

Visit website

Il-Malta University Press hija d-dar żgħira iżda prestiġjuża tal-pubblikazzjonijiet akkademiċi tal-Università ta’ Malta, l-università nazzjonali tal-gżejjer Maltin. L-Istampa hija speċjalizzata fil-produzzjoni ta’ xogħlijiet ta’ kwalità għolja u riveduti b’mod rigoruż mill-pari ta’ Malta u l-Mediterran b’interess partikolari fix-xjenzi umanistiċi u soċjali.

Visit website

Meli Bookshop għandu żewġ ħwienet li t-tnejn jinsabu fil-belt kapitali, il-Belt Valletta. L-ewwel ħanut infetaħ fl-1965 u wara xi żmien, infetaħ ieħor. Wieħed mill-ħwienet jinsab fi 52, Triq Santa Luċija fejn wieħed jista’ jsib l-aħħar assortimenti ta’ kotba Melitensia, rumanzi bil-Malti u bl-Ingliż. Il-ħanut jipprovdi wkoll kotba għat-tfal u kotba tat-tisjir. Il-ħanut l-ieħor jinsab fi Triq il-Forn il-Qadim, bin-numru 185. F’dan il-ħanut wieħed jista’ jfittex varjetà kbira ta’ letteratura klassika kemm ta’ proża kif ukoll ta’ poeżija bi prezzijiet imra]ħsa. Hemm ukoll ħafna rumanzi bl-Ingliż, kotba tal-fantaxjenza, kotba tal-fantasija, kotba tal-orrur, kotba tal-qtil u ħafna aktar! Wieħed jista’ jsib kotba tat-tisjir u kotba ġenerali oħra hawn ukoll. Kotba tal-ivvjaġġar jinsabu wkoll f’dan il-ħanut tal-kotba. Għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb ta’ din is-sena, il-ħanut tal-kotba Mli se jkun qed ikollu kampjun ġdid ta’ kotba bl-Ingliż li tista’ ssibhom fil-ħwienet tagħhom!!

Follow on Facebook

Il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa se jkun qiegħed ibigħ prinċipalment kotba mill-Ħannieqa Kulturali ppubblikati mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u miktuba minn diversi awturi, l-aktar relatati mal-wirt, l-istil ta’ ħajja u l-istorja tar-raħal tal-Mellieħa

Visit website

Merlin Library ilu jissupplixxi kotba lill-iskejjel primarji, sekondarji u postsekondarji mill-1978. Wieħed mill-ħwienet li għandna u li jinsab Blata l-Bajda huwa l-uniku ħanut ġo Malta li jġib il-kotba tal-iskola tul is-sena kollha. Issibilna wkoll għażla wiesgħa ta’ materjal għar-reviżjoni għal ħafna mis-suġġetti. Nispeċjalizzaw f’kotba għat-tfal u kontinwament inġibu eluf ta’ kotba għal tfal ta’ bejn it-3 xhur sal-adolexxenti. Għandna selezzjoni kbira ta’ kotba fittizji u mhux fittizji u oħrajn ta’ interess ġenerali għall-adulti. Spiss ikollna wkoll offerti speċjali għal tfal li huma membri fil-Wizzies Club. Merlin Library kien l-ewwel li introduċa lill-awturi tal-kotba tat–tfal ġewwa Malta fejn dawn daru l-iskejjel jitkellmu mat-tfal u jissapportjaw lill-iskejjel fuq kemm huwa importanti l-qari għall-istudenti. Fl-2003, Lynne Reid Banks kienet l-ewwel awtriċi li ġiet Malta u wara din kien hemm ħafna oħrajn.

Visit website

Midsea Books Ltd. u Klabb Kotba Matin huma meqjusa fost il-pubblikaturi ewlenin f’Malta. Id-dar tal-pubblikazzjoni twaqqfet minn Pawlu Mizzi fl-1969. Din is-sena l-KKM qed jiċċelebra l-50 anniversarju mill-pubblikazzjoni tal-ewwel ktieb Il-Gaġġa fl-1971. Midsea Books u s-sussidjarji tagħha Klabb Kotba Maltin u Heritage Books jippubblikaw ġeneri differenti ta’ kotba, minn dawk għat-tfal, rumanzi u novelli, sa storja u kotba tal-arti dwar Malta. Bosta mill-kotba ppubblikati huma rebbieħa ta’ premjijiet jew ġew imsemmija fi premjijiet letterarji kemm Malta kif ukoll barra.

Visit website

Narcy Calamatta jitqies bħala ikona tat-teatru f’Malta. Ippubblika Why Commedia? Why Malta? Kif ukoll it-traduzzjoni tiegħu Għaliex Commedia? Għaliex Malta? Ħareġ ukoll Endgame bil-Malti, traduzzjoni tal-kummiedja ta’ Samuel Beckett. Ħareġ ukoll 1,2,3, Love li jinkludi 3 kummiedji oriġinali bl-Ingliż. Kull ktieb jinkludi esejs akkademiċi fuq is-suġġetti relatati. // Peter Calamatta jitqies bħala ikona tal-ġardinaġġ f’Malta. Ippubblika Gardening in Malta u Maltese Plants in the Bible. Ħareġ ukoll bijografija mhux tas-soltu, Me and My Mentors. L-aħħar li ħareġ hu ktieb ta’ ispirazzjoni fuq il-ġlieda tiegħu mal-kanċer, Hemm fuq Xi Ħadd Iħobbni.

E: narcycalamatta@gmail.com
E: petercalamatta@gmail.com

L-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni, twaqqfet bl-għan li tippromwovi u li tiżgura t-twassil tal-aspetti differenti tal-Istrateġija Nazzjonali tal-Litteriżmu Għal Kulħadd f’Malta u f’Għawdex. L-Aġenzija qiegħda sservi bħala l-promotur ewlieni fil-qasam tal-litteriżmu u tfittex li tmexxi u ssaħħaħ prattiċi ta’ kwalità għolja fil-litteriżmu li jservu għal matul il-ħajja. Hija tara li ssaħħaħ ir-riżultati tal-litteriżmu, li l-qofol tagħhom huma prattiċi inklussivi, kwalifiki għola tal-edukattivi, u prospetti aħjar fil-qasam tax-xogħol.

Visit website

L-awtriċi Irlandiża li kisret rekords ta’ bejgħ, Nicola Kearns, ġiet ippubblikata f’diversi antoloġiji u fuljetti, u tkun ta’ spiss fuq ir-radju, poddati, u l-mezzi pubbliċi fl-Irlanda, Malta, u l-Italja. It-tliet rumanzi tagħha, Under a Maltese Sky, The Azure Window u All the Seas Between flimkien jiffurmaw it-triloġija The Malta Trilogy, u kollha laħqu l-ewwel post fil-lista tal-Historical Drama Best-Sellers. Waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb Nicola Kearns se jkollha xi kopji ta’ dal-kotba għall-bejgħ, u se tkun qed tiffirmahom għall-pubbliku.

Visit website

Pandora Bargain Books toffri firxa kbira ta’ kotba bl-Ingliż u bil-Malti bi prezzijiet imnaqqsa kemm għall-adulti kif ukoll għat-tfal. Barra minn hekk, taħt l-isem Pandora Publications, jiġu ippubblikati kotba bil-Malti, bi prezz li huwa aċċessibbli għal kull familja f’Malta.

Visit website

Pauljon ippubblika l-ewwel ktieb tiegħu fl-2016, PaulJon l-ispiritwalista, li ntgħażel bħala l-aħjar ktieb fit-taqsima tiegħu, u fl-2018 ippubblika Rakkonti Misterjużi, li rċieva l-istess premju. Fl-2021 ippubblika PaulJon bl-Oroskopju Għalik, u fl-2022 ħareġ PaulJon bl Oroskopju Ghalik u Rakkonti. Il-kotba tiegħu huma ppubblikati minn Amazon UK. 

Visit website

Ir-Rumanz tal-Fieres Safran isegwi l-vjaġġ tal-kavallier Markald, magħruf bħala l-Fieres Safran, minn Kamelott fir-renju tas-sultan Artur fil-Gallja lejn is-sud tal-Ewropa. Flimkien mal-kavallieri tal-Mejda t-Tonda telaq ifittex il-Kus Qaddis. Imma s-saħħar Merlinu jafdalu minflok il-missjoni li jsib il-plattin tal-fuħħar ta’ taħt il-Kus Qaddis, imtebba’ bi qtar mid-demm ta’ Kristu. Kemm ilu li waqa’ l-imperu ta’ Mura, mal-Ewropa tirrenja l-anarkija. Markald jasal fil-gżejjer ta’ Melite u Gaulos u jirnexxilu jikseb il-Plattin Sagru. Lura f’Kamelott, il-fieres safran ma jsibx il-merħba li stenna.

Visit website

Meta rkuprajt mit-tbatija tal-anoressja u d-dipressjoni, sibt il-kitbiet fi djarju li kont żammejt dawk iż-żminijiet, kif ukoll l-esperjenza ta’ volontarjat fil-Ghana meta kont b’saħħti. Ħassejt li kelli nesponi r-realtà tas-sofferenza vera ta’ persuni b’kundizzjonijiet mentali, sabiex ikunu megħjuna jifhmu li hemm triq ’il barra minnha. Nedejt ukoll f’Malta l-għaqda “Walk and Talk” sabiex inwieżen lill-komunità u nsaħħaħ l-għarfien bis-saħħa tal-mezzi ta’ komunikazzjoni. L-għan huwa li titnaqqas l-istigma meta xi ħadd jitkellem dwar is-saħħa mentali – Rachael Hollwey.

Ricky Caruana huwa ġdid fid-dinja tal-kitba iżda anzjan fid-dinja tal-ħsieb. ‘Strings of Fate’ u ‘Resonance: A Glimpse of Infinity’ huma żewġ pubblikazzjonijiet li bihom qiegħed jipprova jfisser il-ħsieb tiegħu fil-kelma. L-interessi tiegħu u l-qalba tal-kotba tiegħu huma mmotivati mill-għatx tiegħu li jindirizza l-mistoqsijiet fundamentali dwar il-ħajja u postna fl-univers. B’mod sinifikanti, ix-xogħol ta’ Caruana jħeġġeġ lill-qarrej biex jistaqsi dwar, u jisfida, dak li nieħdu bħala fatt, billi jgħaqqad il-filosofiku mal-personali, u x-xjentifiku mal-ispekulattiv. Bħalissa qed jaħdem fuq monografija oħra, din id-darba dwar is-suġġett tal-mewt u l-ħajja ta’ wara.

Sandra Hili Vassallo hija l-awtriċi tas-serje IMELDINA u ta’ MIKELIN li rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Kitbet ukoll IL-KOMPONIMENT TAL-MALTI and IL-KAXXA TAL-MEMORJI li jittrattaw tfal fil-foster care u out-of-home care. Sandra għandha għall-qalba ħafna d-drittjiet tat-tfal, l-emigrazzjoni, il-ġustizzja soċjali u l-ambjent. Sandra tikteb ukoll stejjer qosra għall-kbar u qed terġa tiskopri l-kitba tal-poeżija. L-istejjer tagħha ġew ippubblikati fil-LEĦEN il-MALTI u pubblikazzjonijiet oħrajn.

E: sandyhv2012@gmail.com

SKS hija dar tal-pubblikazzjoni bbażata f’Malta li tispeċjalizza prinċipalment fil-ġeneri tal-istorja, letteratura, teorija politika, kultura, u bijografija. SKS tirsisti biex tinforma u teduka lill-pubbliku ġenerali billi tippubblika kotba ta’ kwalità għolja bbażati fuq fehim liberali tal-ħajja, l-istorja u l-letteratura, biex tipprovdi kittieba u riċerkaturi ta’ konvinzjoni simili l-opportunità li jippubblikaw ix-xogħlijiet tagħhom, u biex jikkontribwixxu lejn l-arrikkiment soċjali, kulturali, intellettwali u nazzjonali.

Visit website

Wirt iż-Żejtun hija organizzazzjoni lokali mhux governattiva (NGO) li taħdem fis-settur tal-wirt. Twaqqfet fuq inizjattiva ta’ grupp ta’ nies, l-aktar ġejjin miż-Żejtun, permezz ta’ riżoluzzjoni approvata waqt laqgħa formali li saret fit-3 ta’ Ottubru 2010. Il-viżjoni tagħna hija li fl-iqsar żmien possibbli nimmotivaw lin-nies taż-Żejtun biex jifhmu bżonn li napprezzaw, nirrispettaw u nieħdu ħsieb il-wirt naturali, kulturali, ambjentali, storiku, etnografiku u arkeoloġiku taż-Żejtun u n-nies tagħha.

Visit website

Wikimedia Community Malta (WCM)  huwa grupp ta’ nies li jużaw il-wiki f’Malta. L-għan ta’ dan il-grupp huwa li jinkoraġġixxi aktar attività madwar ħidma fuq xi wiki jew ieħor, permezz ta’ diversi attivitajiet, proġetti, kollaborazzjonijiet, taħriġ u xogħol simili. Nagħtu attenzjoni speċjali lill-Wikipedija, il-Wikipedia bil-Malti, u Wikidata, l-aktar f’dak li għandu x’jaqsam mal-użu tal-Malti u informazzjoni ta’ kwalunkwe tip dwar Malta. WCM huwa affiljat mal-Fondazzjoni Wikimedia.

Visit website