Kummenti huma off għal din il-kariga

L-Għoti ta’ Premjijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2017

Iċ-ċerimonja tal-għoti ta’ premjiet għall-edizzjoni tal-2017 tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb saret fil-Berġa ta’ Kastilja ilbieraħ filgħaxija, taħt il-patroċinju tal-Prim Ministru. L-avveniment, ippreżentat mill-preżentatur tat-TV magħruf Mark Laurence Zammit, beda fis-7.30 ta’ filgħaxija b’diskors ta’ ftuħ mill-president eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Mark Camilleri. Fid-diskors tiegħu, Camilleri ħabbar li l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb issa sar entità legali u li l-Kunsill għamel l-akwist ta’ binja storika ġewwa l-belt Valletta li ser isservi bħala l-kwartieri ġodda tal-Kunsill.

Wara d-diskors, il-kotba rebbieħa ġew imħabbra fil-kategoriji separati tagħhom, li jvarjaw minn riċerka ġenerali għal rumanzi bil-Malti u bl-Ingliż. L-aħħar żewġ premjijiet, il-Premju għall-Aħjar Awtur Emerġenti u l-Premju għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kitba huma premjijiet għal ħidma letterarja u mhux għal ktieb partikolari. Il-Premju għall-Kontribut Siewi huwa maħsub biex jonora ħajja ta’ ħidma letterarja, mhux biss għall-produzzjoni letterarja tal-kittieb iżda wkoll għall-kontribut tiegħu fil-qasam tal-istudju letterarju, fl-edukazzjoni ta’ komunitajiet lokali u għat-trawwim tal-kultura letterarja lokali. Din is-sena l-unur ingħata lil Victor Fenech, li kien preżenti biex jirċievi l-premju mill-Prim Ministru fi tmiem iċ-ċerimonja.

Fost il-punti ewlenin tal-lejla, ir-rebbieħ fil-kategorija “rumanzi bil-Malti u bl-Ingliż” kienet kittieba Awstraljana ta’ oriġini Maltija, Lou Drofenik, li rebħet il-premju b’novella bl-Ingliż The Confectioner’s Daughter, pubblikazzjoni ta’ Horizons. Immanuel Mifsud rebaħ l-ewwel premju tal-poeżija bil-ġabra Ħuta, ippubblikat minn Klabb Kotba Maltin. Ir-rebbieħ fil-kategorija “novelli bil-Malti u bl-Ingliż” kien Alfred Sant bil-ġabra ta’ novelli Western – bejn rakkonti bejn divertimenti (SKS, 2016)

L-avveniment ingħalaq b’diskors mill-Prim Ministru, fejn feraħ lill-aġenti letterarji lokali, inklużi l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, pubblikaturi u l-awturi nfushom tal-ħidma tagħhom biex tinħoloq ekosistema b’saħħitha ta’ kotba u qarrejja f’pajjiżna.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-membri tal-ġurija li servew fil-bord tal-aġġudikazzjoni għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2017: Profs. Yosanne Vella, Mario Ellul u Profs. Godfrey Baldacchino għall-kategorija ‘riċerka ġenerali’, Andrè Vella Laurenti, Rueben Zammit u Claudine Borg għall-kategoriji “rumanzi bil-Malti u bl-Ingliż”, “stejjer qosra bil-Malti u bl-Ingliż” u “poeżija bil-Malti u bl-Ingliż”.

 

REBBIEĦ TAL-KATEGORIJA RUMANZI BIL-MALTI U BL-INGLIŻ

PREMJU MOGĦTI LIL LOU DROFENIK GĦALL-KTIEB:
THE CONFECTIONER’S DAUGHTER

 

 

 

REBBIEĦ TAL-KATEGORIJA NOVELLI BIL-MALTI U BL-INGLIŻ

PREMJU MOGĦTI LIL ALFRED SANT GĦALL-KTIEB
WESTERN: BEJN RAKKONTI, BEJN DIVERTIMENTI

 

 

REBBIEĦ TAL-KATEGORIJA POEŻIJA BIL-MALTI U BL-INGLIŻ

PREMJU MOGĦTI LIL IMMANUEL MIFSUD GĦALL-KTIEB
ĦUTA

 

 

REBBIEĦ TAL-KATEGORIJA TRADUZZJONI

PREMJU MOGĦTI LIL PAUL ZAHRA GĦALL-KTIEB
MARCEL PROUST: GĦAT-TFITTXIJA TAŻ-ŻMIEN MITLUF: MIX-XAQLIBA TA’ DAR SWANN COMBRAY

 

 

REBBIEĦ TAL-KATEGORIJA RIĊERKA TA’ NATURA ĠENERALI

PREMJU MOGĦTI LIL PATRICK J. FENECH GĦALL-KTIEB
THE MALTESE VILLAGE FESTA: A TRADITIONAL YEARLY RITUAL

 

 

 

REBBIEĦ TAL-KATEGORIJA RIĊERKA TA’ NATURA BIJOGRAFIKA U  STORJOGRAFIKA

PREMJU MOGĦTI LIL JOSEPH VELLA BONDIN GĦALL-KTIEB
THE GREAT MALTESE COMPOSERS: HISTORICAL CONTEXT, LIVES AND WORKS

 

PREMJU GĦALL-AĦJAR PRODUZZJONI TA’ KTIEB BL-ISBAĦ DEHRA

MOGĦTI LIL KEVIN CASHA GĦALL-KTIEB
PHOTOGRAPHY IN MALTA: THE HISTORY AND THE PROTAGONISTS

 

 

PREMJU LIL DIK IL-PERSUNA ŻAGĦŻUGĦA LI BDIET TIKTEB RIĊENTAMENT U IDDISTINGWIXXIET RUĦHA BIL-KITBA U L-KOTBA TAGĦHA

MOGĦTI LIL ROBERTA BAJADA

PREMJU LIL DIK IL-PERSUNA LI TAT KONTRIBUT SIEWI FIL-LETTERATURA JEW FIL-QASAM TAL-KTIEB

MOGĦTI LIL VICTOR FENECH

Iktar ritratti mis-serata