Kummenti huma off għal din il-kariga

Il-Laqgħa Annwali ta’ Konsultazzjoni mal-Kittieba u l-Pubblikaturi

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb se jtella’ l-Laqgħa Annwali ta’ Konsultazzjoni li se ssir fl-10.00am nhar is-Sibt 15 ta’ Frar fil-Grand Hotel Excelsior, fis-Sala Bellavanti.

Il-laqgħa għandha tkun ta’ interess speċjali għall-awturi u l-pubblikaturi kollha, u se tipprovdi opportunità għal-qsim ta’ ħsibijiet u informazzjoni fuq dawn il-punti tal-aġenda:

  • Reviżjoni tas-Suq tal-Ktieb matul l-2019
  • Reviżjoni tal-Attivitajiet tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb fl-2019
  • Il-Pjanijiet tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għall-2020
  • Il-Futur tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Industrija tal-Ktieb

Il-KNK jinkoraġġixxi lill-imsieħba kollha rilevanti sabiex jattendu. Dawk interessati li jattendu huma avżati biex jikkonfermaw l-attendenza tagħhom permezz ta’ email indirizzata lis-Sur Michael Mercieca fuq [email protected]