
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb nieda llum kampanja oħra biex inħeġġu l-qari u l-interess fil-kotba.
#librerijatiegħi #aqraktieb hija kampanja li se tkun tinkludi ritratti jew filmati ta’ libreriji personali li intom tibagħtulna. Ir-ritratti u l-filmati li nirċievu nixxerjawhom fuq il-mezzi soċjali tagħna.
Biex tipparteċipa kemm tibgħat ritratt JEW filmat b’TikTok tal-librerija tiegħek billi twieġeb lura f’din l-imejl, inkella tibgħat ir-ritratt jew filmat fil-Messenger tal-paġna tal-Facebook tal-KNK. Il-KNK iħeġġeġ partikularment ukoll lil-librara li qed jaraw dal-messaġġ.
Għal min iħossu aktar avventuruż u jixtieq jibgħat filmat jista’ jsegwi hawnhekk biex jara kif għamilna l-ewwel #librerijatiegħi #aqraktieb filmat bit-TikTok.
Berraħ il-librerija tiegħek mal-erbat irjieħ! Ibagħtilna ritratt jew filmat b’TikTok tal-librerija tiegħek!
“Meta tarma librerija f’dar tkun qed tonfħilha r-ruħ.” —Marcus Tullius Cicero