‘As a librarian, and later on an academic in the field of library studies, Lillian lived and breathed books… not just the physical, paper and cardboard manifestation of them, but also their incredible significance as vehicles of knowledge; as prime movers of change and, at the same time, recorders of history.’ (Ä orÄ¡ Mallia, A smell of unanswered questions and indefinite time, Malta Today, 15 September 2016).

Il-premju prestiġġjuż tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kotba, li jifforma parti mill-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018, dis-sena ngħata lil-librara professjonali u awtriÄ‹i Dr. Lillian Sciberras għall-kontribuzzjoni tagħha fil-qasam tal-libreriji f’Malta, iżda anki għall-irwol li kellha biex għaniet il-letteratura Maltija b’rumanzi, novelli u poeżiji bil-Malti u bl-Ingliż. Il-bord tal-aġġudikazzjoni għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb raw li jixraq li jonoraw lil Dr. Sciberras b’dan il-premju, premju li jfakkar ħidma tul il-ħajja, mhux biss f’termini ta’ xogħol letterarju, iżda wkoll għall-kontribut fil-qasam tal-istudju letterarju, fl-edukazzjoni ta’ komunitajiet lokali u għat-trawwim tal-kultura letterarja lokali. Fil-fatt, waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb tas-sena d-dieħla, Dr. Sciberras se tkun qed tiÄ¡i ċċelebrata b’avveniment li fih il-pubbliku se jkun jista’ jsir jaf u jiltaqa’ magħha.

Bħala waħda mill-ewwel librara professjonali f’Malta, Dr. Sciberras ikkontribwixxiet qatigħ fil-libreriji u x-xogħol tal-librara, u għaddiet dak li tgħallmet lill-istudenti tagħha, li llum huma l-librara ta’ Malta. Hija Lettur Anzjan fl-Istudji tal-Librerija, u Kap ta-Taqsima tal-Libreriji u l-Istudji tal-Informazzjoni fiÄ‹-ÄŠentru tat-TeknoloÄ¡ija tal-Komunikazzjoni fl-Università ta’ Malta. Qabel dawn, kellha pożizzjonijiet oħra fil-librerija tal-Università, fosthom Deputat LIbrara bejn l-1984 u l-1992. Serviet ukoll f’diversi bordijiet u kumitati, u kienet ÄŠerpersin tal-Kumitat Konsultattiv tal-Libreriji PubbliÄ‹i. Dr. Sciberras studjat għall-kwalifika ta’ librara fil-Kulleġġ Ealing għall-Edukazzjoni Ogħla f’Londra, u Ä¡abet il-MaÄ¡isteru fil-University College ta’ Londra wkoll. Fl-2001 Ä¡abet id-Dottorat bħala studenta barranija mal-Università ta’ Londra, bit-teżi, Melitensia: Information Resource and National Memory. Membru taÄ‹-Chartered Institute tal-Professjonisti tal-Libreriji u l-Informazzjoni (UK), kif ukoll membru tal-AssoÄ‹jazzjoni Amerikana tal-Libreriji, Dr. Sciberras hija wkoll waħda mill-membri tal-bidu tal-AssoÄ‹jazzjoni Maltija tal-Libreriji u l-Informazzjoni (MaLIA), u membru għall-ħajja fi Friends of Nation.

Ir-riÄ‹erka ta’ Dr. Sciberras għandha x’taqsam primarjament mal-iżvilupp bibljografiku nazzjonali u s-servizzi relatati miegħu, il-memorja nazzjonali, u l-Melitensia bħala ħażna ta’ informazzjoni nazzjonali u l-memorja kollettiva ta’ poplu. Hija wkoll l-awtriÄ‹i ta’ għadd imdaqqas ta’ kitbiet akkdemiÄ‹i, ngħidu aħna kontribuzzjonijiet f’Some problems facing the current national  bibliography in Mediterranean countries (1987), Retrospective record conversion and shared national library functions in Malta: reflections from the edge of Europe (1990), jew National memory in Malta: the extended role of libraries (2004).

Min-naħa l-oħra, is-sehem letterarju tagħha mifrux fuq aktar minn 50 sena ħidma. Bħala poeta, Dr. Sciberras dehret l-ewwel darba fl-1971, f’Malta: the new poetry, imbagħad fl-1979 f’Wara r-Repubblika: versi, ma’ Mario Vella. Ä abriet poetiÄ‹i oħra jinkludu Crosswinds : an anthology of post-war Maltese poetry (1980), miÄ¡bura minn Oliver Friggieri, u Klessidra: versi taż-żmien maħrub (2014), b’introduzzjoni ta’ Adrian Grima, fost oħrajn. Isimha deher ukoll f’antoloÄ¡iji oħra varji.

Hija u tinnota li l-librerija hija waħda mill-postijiet li jqanqluha l-aktar biex tikteb, Dr. Sciberras ma tqisx lilha nnifisha xi kittieba prolifika, iżda tisħaq li l-kittieba li hemm Ä¡o fiha baqgħet tippersisiti, u taf li ‘hi u jien se nibqgħu neżistu sal-aħħar’.

Dr. Sciberras ippubblikat ukoll rumanz fl-2016, Shadows in Penumbra, u Ä¡abra ta’ stejjer f’Happenstance (2012), it-tnejn ippubblikati minn Horizons. Ittentat bin-novelli mal-20 sena ilu, u minn dakinhar ippubblikat 4 novelli li kollha rebħu xi premju.

Pubblikazzjonijiet letterarji

Malta: The New Poetry. Valletta: Klabb Kotba Maltin, 1971. p. 145-165.

Wara r-Repubblika: versi. Ma’ Mario Vella. Valletta: K3, 1979.

Crosswinds: An Anthology of Post-war Maltese Poetry. Miġbura minn Oliver Friggieri. Paisley, Renfrewshire: Wilfion Books, 1980, p. 74-78.

Malet: Literatur aus Malta / herausgegeben von Wolfgang Arlt, Olav Munzberg,

Rajvinder Singh. Berlin : Ute Schiller, 1989, p. 107-118.

L-udjenza bi prova . Le jardin d’essai : écritures contemporaines (Paris), (No. 21/22, Printemps/Été, 2001) 170-173.

Rich with All You Have Gained: Recollections of Life : The First Twenty-one Years. Malta: 2011.

Stills from the Past. The Cinematograph, no. 45 (November 2012). (Rebbieħa tal-ewwel premju tal-kompetizzjoni tal-kitba ‘Talkies: Memories and Future’, organizzata mis-Cinema Heritage Group b’ħidma ma’ The Writer’s Club, 2012). Disponibbli minn http://www.cinemaheritagegroup.org/

Happenstance: Tales of Circumstance. Malta: Horizons Publications, 2012. ISBN 978 99957 381 3 6.

Klessidra: versi taż-żmien maħrub; b’daħla ta’ Adrian Grima. Malta: Horizons, 2014. ISBN 978 99957 38 39 6.

Shadows in Penumbra. Malta: Horizons, 2016. ISBN 978 99957 63 20 6.

Dwar il-Moviment Qawmien Letterarju u dawk iż-żminijiet. F’: Siparju: Ä¡abra ta’ kitbiet-tifkiriet f’għeluq il-50 sena mit-twaqqif tal-Moviment Qawmien Letterarju [miÄ¡bura minn] Alfred Degabriele. Malta: Horizons, 2017, p. 196-201. ISBN 978 99957 63 64 0.

Lillian Sciberras. F’: Minn fomm il-kittieb: intervisti ma għadd ta’ kittieba u poeti mix-xena lokali: [it-tieni volum, miÄ¡bura minn] Patrick Sammut. Malta: Horizons, 2017, p. 272-277.

Antoloġiji li dehret fihom

Ħodon qronfol: antologija ta’ poeżija Maltija. Migbura b’daħla u b’noti minn Oliver Friggieri. Malta: Mireva Publications, 1990.

Antoloġija tan-natura: poeżija u proża. Miġburin minn Mario Azzopardi u Oliver Friggieri. Malta: Segretarjat għall-Ambjent, 1995.

Il-poeżija Maltija: antoloġija. Miġbura b’daħla minn Oliver Friggieri. Malta: Malta University Publishers, 1996.

Baħħara tal-kelma: kitbiet letterarji ta’ akkademiċi tal-Università ta’ Malta. Malta: Koperattiva Kulturali Universitarja, 2012.

This fair land: an anthology of Maltese literature. Charles Briffa, editur, b’kelmtejn qabel minn Oliver Friggieri.  Londra: Pubblikaturi Francis Boutle, 2014. (Lesser used languages of Europe, vol. 6). ISBN 978-1-903427-87-3


Share Article