Kummenti huma off għal din il-kariga

London Book Fair 2017

 

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jinforma lill-pubbliku li għat-tielet sena konsekuttiva l-Kunsill ser jieħu sehem fil-London Book Fair 2017.  Rappreżentanti tal-Kunsill ser jiltaqgħu ma’ pubblikaturi u aġenziji letterarji sabiex ifittxu opportunitajiet ġodda għat-traduzzjoni u l-pubblikazzjoni ta’ letteratura Maltija ‘l hinn minn xtutna. Ser ikun hemm preżentazzjonijiet fl-istand tal-Kunsill (6E41), fejn għadd ta’ pubblikazzjonijiet lokali ser ikunu esibiti. Ser ikun hemm ukoll seminars fuq poeżija fil-Poetry Pavilion, li fihom ser jinqraw xogholijiet ta’ Mario Azzopardi, Immanuel Mifsud u Maria Grech Ganado.

Min jixtieq jagħmel appuntament għandu jibgħat email lil Simona Cassano fuq simona.cassano[STOPSPAM]@gov.mt jew lil John Grech fuq john.f.grech[STOPSPAM]@gov.mt