Kummenti huma off għal din il-kariga

Notifika // Konkors ta’ Kitba: Letteratura għaż-Żgħażagħ 2016

Kull sena, l-Aġenzija Żgħażagħ flimkien mall-KNK jorganizzaw dan il-konkors li jagħżel, jippremja u jippubblika rumanzi bil-Malti miktuba għal qarrejja adoloxxenti. Huwa konkors miftuħ għall-kittieba minn għoxrin sena ‘l fuq u l-manuskritti jridu jindirizzaw adoloxxenti bejn it-13 u 18-il sena. Sottomissjonijiet għal dan il-konkors jesploraw temi relatati mas-sitwazzjonijiet varji li jaffaċċjaw iż-żgħażagħ f’dak il-perjodu ta’ ħajjithom. Żewġ rebbieħa jintagħżlu għal kull edizzjoni tal-konkors u xogħlhom jiġi ippubblikat.

L-Applikazzjoni trid tasal għand l-Aġenzija Żgħażagħ sa 12:00 (nofsinhar) tad-29 ta’ Lulju 2016, f’dan l-indirizz:

Aġenzija Żgħażagħ
Konkors ta’ Kitba: Letteratura għaż-Żgħażagħ 2016
Attn: Ms.Isabelle Mallia
Triq il-Kbira
Santa Venera
MALTA

 

Niżżel kopji:

Kriterji_Konkors_2016

Applikazzjoni_Konkors_2016