Kummenti huma off għal din il-kariga

Oqgħod Ġewwa, Aqra Ktieb

B’reazzjoni għall-ġrajjiet kurrenti u l-pandemija li ħarbtet il-ħajja ta’ kuljum u qed iżżomm ħafna nies id-dar, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb nieda l-kampanja “Oqgħod Ġewwa, Aqra Ktieb”.

Il-KNK qed jistieden lilkom biex tibagħtulna r-ritratt tagħkom bil-ktieb li qed taqraw. Aħna se ntellgħu r-ritratt tagħkom bit-titlu tal-ktieb u l-isem tal-awtur li qed taqraw fuq il-paġna tal-Facebook tagħna!

F’dar-ritratt Rachelle Deguara qed taqra ‘Catch 22′ ta’ Joseph Heller.

Mela aqbad ktieb, intefa’ aqra u ibagħtilna r-ritratt bħala messaġġ fuq Facebook.