
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb: Kotba 2013. Is-serata ta’ premjazzjoni seħħet nhar il-5 ta’ Diċembru 2014 f’ċerimonja uffiċċjali fil-Berġa ta’ Kastilja. Preżenti għas-serata u d-diskors uffiċċjali tal-Prim Ministru u taċ-Chairman tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, kien hemm il-finalisti kollha flimkien ma mistiedna speċjali.
Ir-Rebbieħa għal kull kategorija huma dawn:
KATEGORIJA “PROŻA LETTERARJA (RUMANZI BIL-MALTI)”
WALID NABHAN
L-EŻODU TAĊ-ĊIKONJI
KATEGORIJA “PROŻA LETTERARJA (NOVELLI BIL-MALTI)”
ALFRED SANT
ĊPAR – AKTAR RAKKONTI U DIVERTIMENTI
KATEGORIJA “POEŻIJA BIL-MALTI”
IMMANUEL MIFSUD
PENELOPI TISTENNA
KATEGORIJA “KOTBA GĦAL TFAL MINN 8 SA 12-IL SENA”
ADRIAN GRIMA
VLEĠĠA KKARGATA
KATEGORIJA “TRADUZZJONI”
TONI AQUILINA
L-ALLA TAL-ĦERBA TA’ YASMIN REZA
KATEGORIJA “KOTBA TA’ NATURA UMANISTIKA BIL-MALTI JEW BL-INGLIŻ”
MARIO AZZOPARDI
VERĠNI SAGRI, DEMONJI U BOLOH GĦAL ALLA
PREMJU GĦALL-AĦJAR PRODUZZJONI TA’ KTIEB BIL-MALTI
MERLIN PUBLISHERS LIMITED
WHAT HAPPENS IN BRUSSELS STAYS IN BRUSSELS
PREMJU GĦALL-AĦJAR PRODUZZJONI TA’ KTIEB B’LINGWA OĦRA
MIDSEA BOOKS
LATE MEDIEVAL MALTA (1091-1500)
PREMJU GĦALL-AĦJAR ILLUSTRATUR
TREVOR ZAHRA
TQASQIS
PREMJU LIL DIK IL-PERSUNA LI TAT KONTRIBUT SIEWI FIL-LETTERATURA JEW FIL-QASAM TAL-KTIEB
PROF. GODFREY WETTINGER
Storiku Malti li speċjalizza fiż-Żmien Nofsani, kiteb numru kbir ta’ kotba u studji importanti fosthom fuq l-iskjavi u l-ismijiet tal-postijiet f’Malta, u li flimkien ma’ Michael Fsadni skopra l-Kantilena, l-eqdem kitba Maltija.