Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jgħarraf lill-pubbliku li l-bord tal-aġġudikazzjoni għall-edizzjoni tal-2018 tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Terramaxka se jiltaqa’ l-Ä¡imgħa d-dieħla sabiex il-membri jagħżlu l-finalisti fil-kategoriji differenti taż-żewÄ¡ premjijiet. Il-lista se tiÄ¡i ppubblikata fuq is-sit tal-Kunsill u fil-gazzetti lokali fil-Ä¡imgħat ta’ wara. Il-kotba li jidhru fil-lista tal-finalisti jistgħu jitqiesu fost l-aqwa xogħlijiet letterarji ppubblikati lokalment fl-2017 u għalhekk għandhom ikunu ta’ interess kbir għall-pubbliku. Dawn il-kotba ser ikunu għall-bejgħ fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018 (7-11 ta’ Novembru, MCC, il-Belt Valletta).

Ir-rebbieħa tal-Premju Terramaxka se jitħabbru f’Ä‹erimonja magħluqa waqt il-ftuħ uffiÄ‹jali tal-Festival fis-6 ta’ Novembru. Ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb jitħabbru aktar tard fiÄ‹-Ä‹erimonja tal-għoti tal-premjijiet li se ssir fil-BerÄ¡a ta’ Kastilja taħt il-patroÄ‹inju tal-Prim Ministru fit-30 ta’ Novembru.


Share Article