Kummenti huma off għal din il-kariga

Qari ta’ Letteratura Maltija fi Brussell

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li għadu kif ħejja attività letterarja fi Brussell sabiex jiċċelebra il-presidenza Maltija tal-Unjoni Ewropeja. Erba’ kittieba magħrufa ser jaqraw siltiet minn xogħolhom lill-pubbliku. Alex Vella Gera u Lorrane Vella ser jidhru fis-17 ta’ Marzu, mis-sitta ta’ wara nofsinhar, waqt li Clare Azzopardi u Maria Grech Ganado ser jidhru l-għada, mis-sagħtejn ta’ wara nofsinhar. Il-post huwa Librebook – Bruxelles, 128, Chaussée de Wavre, 1050 Ixelles, Belgium.

Kull min jinzerta jkun fl-inħawi matul dan iż-żmien huwa mħeġġeġ jżur din l-attività unika sabiex ikun jista’ jisma’ fost l-aħjar vuċijiet kontemporanji Maltin jaqraw xogħolhom stess.

alex vella gera

Alex Vella Gera

maria grech ganado1

Maria Grech Ganado

clare.azzopardi_petit_medium

Clare Azzopardi

Loranne Vella bio pic

Lorrane Vella