Kummenti huma off għal din il-kariga

Rapport Annwali 2016

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir jippreżenta r-Rapport Annwali tal-2016 – sena ta’ kontribuzzjoni intensiva minn-naħa tal-kunsill fl-industrija tal-kotba u x-xena letterarja lokali b’bosta kollaborazzjonijiet u inizjattivi ġodda. Il-kunsill qed jikber fl-għanijiet tiegħu u r-rwol tiegħu fil-formazzjoni ta’ politika pubblika qed isir iktar prominenti bil-ħidma li qed isir fuq il-liġi tad-drittijiet tal-awtur u l-pubblikatur u l-liġi fuq iċ-ċensura (Abbozz 113). Imxejna ħafna l’quddiem fl-għan tagħna li nieħdu rwol iktar attiv fl-industrija tal-kotba u nistgħu ngħidu li l-isforzi tagħna sabiex nesportaw letteratura Maltija l’hinn minn xtutna diġà qed ikunu ta benefiċċju kbir għal għadd ta’ kittieba Maltin permezz ta’ traduzzjonijiet u kuntratti ma’ pubblikaturi barranin.

Nistiednu membri tal-pubbliku jaqraw ir-rapport li jinstab f’forma diġitali f’dan is-sit.

Hawn issibu ħolqa għall-verżjoni digitali bil-Malti: rapport annwali

u minn hawn tistgħu taċċessaw verżjoni diġitali bl-Ingliż: annual report

Il-KNK jixtieq jirringrazzja lil kull min ta sehemu biex l-2016 issarraf f’suċċess.

Komplu żuru l-website www.ktieb.org.mt għall-aġġornamenti dwar l-iskeda tal-KNK tul l-2016.