
L-Aġenzija Żgħażagħ u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtiequ jħabbru li r-rebbieħa tal-Konkors ta’ Kitba Letteratura għaż-Żgħażagħ 2015 huma Rita Saliba bil-manuskritt tagħha ‘Il-kulur tal-lellux’ u Roberta Bajada bil-manuskritt ‘Termini u Kundizzjonijiet Japplikaw’.
Iċ-ċerimonja ta’ premjazzjoni saret nhar il-Ħamis, 11 ta’ Frar, 2016 fil-‘Youth Village’ ta’ Aġenżija Żgħażagħ f’Santa Venera u kienet preseduta mill-Onor. Chris Agius, Segretarju Parlamentari għar-Riċerka u Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport.
Kull sena, l-Aġenzija Żgħażagħ flimkien mall-KNK jorganizzaw dan il-konkors li jagħżel, jippremja u jippubblika rumanzi bil-Malti miktuba għal qarrejja adoloxxenti. Huwa konkors miftuħ għall-kittieba minn għoxrin sena ‘l fuq u l-manuskritti jridu jindirizzaw adoloxxenti bejn it-13 u 18-il sena. Sottomissjonijiet għal dan il-konkors jesploraw temi relatati mas-sitwazzjonijiet varji li jaffaċċjaw iż-żgħażagħ f’dak il-perjodu ta’ ħajjithom. Żewġ rebbieħa jintagħżlu għal kull edizzjoni tal-konkors u xogħlhom jiġi ippubblikat.
Għal aktar informazzjoni żur:
Is-sit tal-KNK: http://ktieb.org.mt/?page_id=144&lang=mt
Is-sit ta’ Aġenzija Żgħażagħ: http://www.agenzijazghazagh.gov.mt/News/580/