
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar ir-rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2015: Kotba 2014. Is-serata ta’ premjazzjoni seħħet nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Diċembru 2015 f’ċerimonja uffiċċjali fil-Berġa ta’ Kastilja. Preżenti għas-serata u d-diskors uffiċċjali tal-Onor. Prim Ministru, Dr. Joseph Muscat u tal-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, is-Sur Mark Camilleri kien hemm il-parteċipanti flimkien ma mistiedna speċjali oħra. Ingħataw ċertifikati lill-finalisti kollha f’kull kategorija flimkien mal-pubblikaturi tagħhom u r-rebbieħa f’kull kategorija ingħataw trofew, ċertifikat u premju ta’ €1000 kull wieħed. Barra minn hekk, ir-rebbieħ tal-Kategorija Xogħol Letterarju: Rumanzi, jiġifieri s-Sur Immanuel Mifsud, ingħata premju addizzjonali ta’ €5000 mill-Fond għall-Esportazzjoni tal-Kultura tal-Kunsill Malti għall-Arti biex il-ktieb rebbieħ Jutta Heim jiġi tradott f’lingwa barranija.
Il-ġurija għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb ta’ din is-sena kienet komposta minn:
Prof. Clare Vassallo, Dr. Marco Galea u Dr. Norbert Bugeja għall-Kategoriji Letterarji: Rumanzi, Novelli, Poeżija, Drama u Traduzzjoni.
Prof. Victor Mallia Milanes, is-Sur Alex Farrugia u s-Sur Mario Ellul għall-Kategoriji tar-Riċerka: Ġenerali u Storjografika.
Prof. Charles Mifsud, is-Sur Andre’ Vella Laurenti u s-Sur David Muscat Azzopardi għall-Kategoriji ta’ Letteratura għat-Tfal u Adolexxenti abbinati mal-Premju Terramaxka.
Is-Sa. Cheryl Falzon u s-Sa. Joanne Sciberras għenu wkoll fil-proċess ta’ klassifikazzjoni.
Dawn huma ir-rebbieħa fil-kategoriji rispettivi:
Kategorija Xogħol Letterarju: Rumanz
Jutta Heim ta’ Immanuel Mifsud (Klabb Kotba Maltin)
Kategorija Xogħol Letterarju: Novelli
Kulħadd ħalla isem warajh ta’ Clare Azzopardi (Merlin Publishers)
Kategorija Xogħol Letterarju: Poeżija
taħt il-kpiepel t’għajnejja ta’ Maria Grech Ganado (Klabb Kotba Maltin)
Kategorija Riċerka Generali
The Maltese Nineteenth-Century Notary and his Archives ta’ Michael Refalo (Book Distributors Limited)
Kategorija Riċerka Storjografika
The Social and Religious History of a Maltese Parish: St. Mary’s Qrendi in the Eighteenth Century ta’ Frans Ciappara (Malta University Press)
Kategorija Traduzzjoni
Salammbȏ ta’ Paul Zahra (Self Published)
Premju għall-Aħjar Produzzjoni ta’ Ktieb
‘The Maltese Bestiary’ ta’ Merlin Publishers
Premju għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Letteratura
Maria Grech Ganado