Kummenti huma off għal din il-kariga

‘Spins and Spells’ – kollaborazzjoni bejn MAF u KNK

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb kien maħtur jikkordina is-sezzjoni letterarja tal-avveniment ‘Spins and Spells’ bħala parti mill-programm ta’ attivitajiet tal-Malta Arts Festival li seħħ nhar il-21 ta’ Lulju fil-Berġa tal-Italja fil-Belt Valletta. Dakinhar ġiet preżentata għażla ta’ poeżiji tal-awturi emerġenti Leanne Ellul, Kit Azzopardi, Marie Gion u Clifford Jo Zahra lil udjenza ġdida. Kien proġramm intimu iżda b’saħħtu fejn il-poeżija u l-mużika ingħaqdu; siltiet ta’ Bach ġew preżentati flimkien ma’ siltiet aktar kontemporanji u friski. Il-programm inħadem madwar it-tema ta’ ‘kuntrast’, u f’din is-serata li ma tintesiex malajr, iċ-ċellista dinamika Gabriella Swallow irnexxielha tesprimi kemm il-qawwa tal-furji kif wkoll il-ħlewwa sublimi ta’ Bach.

 

Images - Rene Rossignaud/www.rossignaud.com Images - Rene Rossignaud/www.rossignaud.com Images - Rene Rossignaud/www.rossignaud.com Images - Rene Rossignaud/www.rossignaud.com Images - Rene Rossignaud/www.rossignaud.com Images - Rene Rossignaud/www.rossignaud.com

 

ritratti ta’ Rene Rossignaud.