
Waqt sensiela ta’ laqgħat ta’ konsultazzjoni mal-pubblikaturi u l-awturi aktar kmieni din is-sena, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) Ä¡ie mgħarraf li waħda mill-problemi li qed jesperjenzaw il-pubblikaturi lokali hi l-ksur tal-jeddijiet permezz ta’ photocopying tal-kotba tagħhom fl-iskejjel. Il-KNK jaqbel mal-pubblikaturi li prattikka bħal din m’għandix issir, u mhux biss għax hija illegali, imma wkoll għax tista’ thedded id-dħul finanzjarju tal-pubblikaturi u l-kittieba, u b’hekk thedded ukoll il-kwalità tal-pubblikazzjoni tal-kotba.
Huwa importanti li l-għalliema jkunu konxji ta’ kif taħdem l-industrija tal-ktieb. Prattikament, il-pubblikaturi lokali jiddependu minn fuq il-bejgħ tal-kotba tat-tfal u dawk edukattivi. Mid-dħul li jagħmel min fuq dawn il-kotba, pubblikatur jista’ jinvesti f’kotba edukattivi aħjar u ta’ aktar kwalità . Jekk id-dħul tal-pubblikaturi jiÄ¡i mhedded, tbati d-dinja tal-kotba kollha kemm hi.
Il-KNK flimkien mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni għadu kemm ħareÄ¡ Ä‹irkolari lill-iskejjel kollha b’appell biex jiÄ¡u imħarsa l-jeddijiet tal-kotba fl-iskejjel. Fl-istess ħin, il-KNK jirrimarka li l-prattika tal-photocopying fl-iskejjel qed tonqos ukoll minħabba l-fatt li l-Ministeru tal-Edukazzjoni għaddej bi strateÄ¡ija mal-entitajiet letterarji tiegħu biex jitqassmu numru kbir ta’ kotba Ä¡odda fl-iskejjel kollha ta’ Malta. Iż-żieda sostanzjali ta’ kotba fl-iskejjel, ħafna minnhom kotba minn pubblikaturi lokali, qed tnaqqas drastikament il-bżonn li l-għalliema jkollhom għalfejn jagħmlu l-photocopies.
Il-KNK ser jibqa’ jippersisti sabiex il-liÄ¡ijiet tal-jeddijiet fuq il-kotba jiÄ¡u mħarsa. Kif inhi l-liÄ¡i Maltija fuq il-jeddijiet tal-kotba bħalissa, Kapitlu 415, hija liÄ¡i mibnija fuq linji Ewropej u għandha tiÄ¡i mħarsa. Il-KNK jaqbel ma’ dan il-mudell ta’ liÄ¡i u jawgura li kemm istituzzjonijiet lokali u kemm dawk Ewropej japprezzaw l-importanza ta’ din il-liÄ¡i.