
L-artist viżiv Jesmond Vassallo se jkun qiegħed jitkellem dwar William Blake u l-arti tal-istampar, waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, l-Erbgħa 21 ta’ Marzu fis-siegħa ta’ wara nofsinhar, u l-Ä imgħa 23 ta’ Marzu fid-9.00am, fuq il-quadrangle tal-Università .
Vassallo huwa magħruf sew fix-xena tal-arti lokali għax-xogħol sperimentali tiegħu b’tekniki differenti ta’ stampar. Is-sena l-oħra huwa nieda Lithos, kollaborazzjoni bejn artisti u xjenzati bl-għan li jinħoloq riÄ‹erka Ä¡dida fil-produzzjoni ta’ prints oriÄ¡inali fil-kuntest kontemporanju Malti. Din ir-riÄ‹erka tfittex li tidentifika s-substrati xierqa mill-Ä¡eoloÄ¡ija Maltija, biex tinvestiga l-kwalitajiet u l-propensità litografika tagħhom. F’Novembru huwa ħadem mal-artist Roderick Camilleri fuq wirja estensiva ta’ prints minn artisti internazzjonali fil-Malta Society of Arts.
Vassallo se jkun qiegħed jagħti preżentazzjoni dwar it-tekniki użati minn Blake fix-xogħol magħruf tiegħu Songs of Innocence and Experience. Permezz ta’ slideshow se jaqsam mall-udjenza l-istadji differenti fil-proÄ‹ess tal-istampar. Sa mill-ewwel tfulija tiegħu, Blake kien motivat minn żewÄ¡ aspirazzjonijiet straordinarji u qawwija ħafna: il-poeżija u l-arti. Allura kif kien se jÄ¡ib dawn iż-żewÄ¡ aspirazzjonijiet flimkien f’forma li tippermettilu li jippubblika x-xbihat tiegħu bl-illustrazzjoni tal-poeżiji tiegħu?
Studenti universitarji u membri interessati tal-pubbliku huma mistiedna jattendu u jitgħallmu dwar din il-personalità unika u l-kisbiet tiegħu, b’mod partikolari dwar kif uża l-għarfien tiegħu tal-inÄ‹iżjoni biex jgħaqqad flimkien l-aspirazzjonijiet li kellu bħala poeta u artist.
Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus huwa organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda tal-Malti, u se jittella’ bejn il-21 u t-23 ta’ Marzu, b’attivitajiet bejn id-9.00am sal-4.00 pm. Il-Ä imgħa l-attivtajiet jibqgħu sejrin sat-tard. Il-Festival għandu l-għan li jippromwovi l-letteratura waqt li jagħti spazju lill-pubblikaturi u lid-distributuri tal-kotba biex jippromwovu u jbigħu l-pubblikazzjonijiet tagħhom. Il-programm tal-Festival huwa varjat u joffri firxa wiesgħa ta’ avvenimenti li jolqtu l-interessi ta’ ħafna, minn tnedijiet ta’ kotba, taħditiet u films, workshops u mużika lajv.
Għal aktar tagħrif dwar il-preżentazzjoni ta’ Vassallo u l-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, wieħed jista’ jżur is-sit elettroniku tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb www.ktieb.org u l-paġna Facebook. Il-programm dettaljat jista’ jitniżżel minn hawn.
- Pospost il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2020
- L-Arti tal-Protesta waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus
- Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2020: Il-Programm
- Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2020 - titħabbar id-data u l-mistednin speċjali
- Jitħabbar ir-riżultat tal-Fond għall-Adattament Ċinematografiku tal-KNK
- Kotba biss kotba spiss: l-attivitajiet letterarji waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2019
- Fuzzhoneys u Crytpic Street għall-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- Frankenstein fil-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- Palk Ħieles tal-Inizjamed waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- Il-mużika folk sperimentali ta’ Noah Fabri fil-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- It-temi taboo diskussi waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- Taħdita fuq Ċiklemfusa u l-ħrejjef fil-Fesitval tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- Mill-karta għall-ktieb – L-arti tal-legatorija waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- Taħdita dwar William Blake u l-arti tal-istampar fil-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018: Il-Programm
- Imħejji l-Festival tal-Ktieb Fuq il-Kampus 2018
- Ħarsa lejn il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus: Tmiem
- Ħarsa lejn il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus: It-Tieni Jum
- Ħarsa lejn il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus: L-ewwel jum
- Ħareġ il-Programm tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2017
- Caroline Smailes fil-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2017
- Imħejji l-Festival tal-Ktieb Fuq il-Kampus
- Ftakar dawn id-dati! Festival tal-Ktieb
- Jispiċċa l-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2016
- Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus // 5-6-7 April
- Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus - 5-6-7 ta' Mejju, 2015
- Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2014