Kummenti huma off għal din il-kariga

Taħt il-Qoxra: Alex Mizzi

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Alex Mizzi.

Mal-mistieden tkellimna dwar il-passjoni għall-kitba wara snin ta’ waqfien, it-tema tan-nuqqas ta’ ċertezza fil-finzjoni tal-awtur, l-istil ‘anti-letterarju’, fi kliem Oliver Friggieri, tal-awtur, u post l-osservazzjoni fix-xogħol, fost oħrajn.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Alex Mizzi ddeċieda li jieħu l-kitba bis-serjetà wara karriera ta’ 35 sena fis-settur tal-banek. Kiteb żewġ ġabriet ta’ novelli, Mhux Bilfors Hekk u Sbieħ il-Ħadd, u r-rumanz Storja Twila (fil-qosor).

Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.