Kummenti huma off għal din il-kariga

Taħt il-Qoxra: Charlie Cauchi u Martin Bonnici

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Charlie Cauchi u Martin Bonnici.

Fl-episodju tal-lum iltqajna ma’ Charlie u Martin li huma l-produtturi u d-diretturi tas-sensiela ta’ dokudrama ‘Storja ta’ Storja’, proġett ieħor tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ikkummissjonat is-sena l-oħra.

L-ewwel episodju tas-sensiela se jixxandar esklussivament fuq TVM nhar is-Sibt 8 t’Awwissu fis-7.15pm, b’ripetizzjoni tal-episodju l-Ħamis ta’ wara.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Charlie Cauchi għandha diversi riċerki ppubblikati, u hija produttriċi u artista. Ipproduċiet numru ta’ films qosra, u bħalissa qed taħdem fuq dokumentarju. Martin Bonnici beda jaħdem bħala direttur tal-films fuq xogħol ta’ animazzjoni u jtejjeb il-professjoni bi proġetti esperimentali. Tgħallem mingħand bosta diretturi, fosthom Bobbitt Buster, David Howard u Laurence Moody.

Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.