Kummenti huma off għal din il-kariga

Taħt il-Qoxra: Christian Colombo

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Chtistian Colombo.

Mal-mistieden tkellimna dwar il-ġeneru tar-rumanz tal-idea li taħtu jaqa’ l-ktieb tiegħu L-istorja ta’ Malta f’ta’ Maria, l-ideat prinċipali li jimmotivaw dal-ktieb, l-isfond politiku tan-narrattiva, il-mezz letterarju bħala għodda għal ideat politiċi, id-defiċit ta’ maturità politika ta’ Malta u kif jidher fil-karattri tal-ktieb u t-teknika li tieħu lill-qarrej fi tmiem jew ieħor, fost oħrajn.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Dr. Christian Colombo huwa akkademiku fl-Università taMalta fil-qasam tal-informatika. Huwa membru fil-kumitat tal-Malta Humanist Association u huwa ċelebrant taż-żwiġijiet ċivili. Iħobb ukoll jikteb poeżiji u kitbiet oħra – skont l-ispirazzjoni. Wara kampanja ta’ crowdfunding, f’Marzu tal-2019 ippubblika l-ewwel kitba tiegħu jisimha L-istorja ta’ Malta f’ta’ Maria.

Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.