F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Consiglia Azzopardi.

Mal-mistiedna tkellimna dwar is-sengħa u l-istorja wara l-ħidma tal-bizzilla, hekk kif jidhru fl-aktar ktieb riċenti tagħha Maltese Lace: History and Mystery: Four Centuries of Bizzilla (Kite Group), li huwa finalist tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2020. Fost l-oħrajn staqsejnieha dwar id-differenzi bejn il-bizzilla maħduma Malta u dik maħduma Għawdex, is-sehem ekonomiku tal-bizzilla speċjalment f’Għawdex, ir-relazzjoni storika ma’ Ħaż-Żebbuġ li kien ċentru industrijali tal-qoton, u t-triq ‘il quddiem għall-bizzilla. Consiglia temmet l-intervista b’messaġġ pożittiv għal min, bħalha, għandu passjoni u jixtieq jinvesti fiha.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Consiglia Azzopardi hija sinonoma mal-bizzilla. Mhux biss tgħallmet taħdimha imma wkoll studjatha, irriċerkatha u issa ddokumentatha fi ktieb li se jibqa’ mfakkar għall-bizzilla ta’ Malta.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.


Share Article