Kummenti huma off għal din il-kariga

Taħt il-Qoxra: Dr Maria Brown

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Dr. Maria Brown.

Mal-mistiedna tkellimna dwar l-edukazzjoni tal-adulti u l-iżvilupp fil-komunitajiet, il-mod kif nanalizzaw il-klassijiet soċjali f’Malta, jekk l-edukazzjoni hix assoċjata żżejjed max-xogħol u l-ekonomija, il-vuċi tal-NGOs f’Malta, ir-Riforma Parlamentari għall-Bilanċ fil-Ġeneru (Gender Balance in Parliament Reform), il-kapitali soċjali u l-irwol tal-lingwa fl-integrazzjoni ta’ nies li jingħataw l-ażil f’Malta.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Maria Brown hija lettur f’bosta Dipartimenti fl-Università ta’ Malta, fosthom id-Dipartiment tas-Soċjoloġija, id-Dipartiment tax-Xogħol u l-Politika Soċjali, u d-Dipartiment tal-Edukazzjoni. Kisbet id-Dottorat fis-Soċjoloġija tal-Edukazzjoni tal-Adulti u l-Iżvilupp tal-Komunità fl-2015.

Ippublikat bosta artikli akkademiċi dwar l-interessi tar-riċerka tagħha li jinkludu l-edukazzjoni, is-soċjoloġija, ix-xogħol u l-iżvilupp tal-komunità, il-politika soċjali, l-iżvilupp sostenibbli, u l-metodoloġija – b’interess speċjali fl-analiżi tad-data kwantitattiva.

Brown hija wkoll membru tal-Bord tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.

Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.