Kummenti huma off għal din il-kariga

Taħt il-Qoxra: Dr. Valerie Visanich

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Dr. Valerie Visanich dwar ir-riċerka soċjoloġika tagħha.

Il-mistiedna tkellmet dwar il-parteċipazzjoni kulturali f’Malta, l-iżvilupp tal-udjenza, il-Politika Kulturali ta’ bejn l-2020 u l-2025, iż-żgħożija fis-sittinijiet u ż-żgħażagħ u l-ansjetajiet, fost oħrajn.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Dr. Valerie Visanich tgħallem is-Soċjoloġija fid-Dipartiment tas-Soċjoloġija l-Università ta’ Malta. Tispeċjalizza fis-soċjoloġija tal-arti u l-istudji kulturali. Hija wkoll ic-chair tan-netwerk tar-riċerka soċjoloġika tal-arti fi ħdan l-Assoċjazzjoni Soċjoloġika Ewropea. Dr. Visanich hija waħda mill-awturi ewlenin tal-politika kulturali ġdida ta’ Malta 2020-25. Ippubblikat f’għadd ta’ ġurnali akkademiċi u wettqet riċerka indipendenti.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.