Kummenti huma off għal din il-kariga

Taħt il-Qoxra: Ġorġ Borg

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Ġorġ Borg.

Mal-mistieden tkellimna dwar xbihat ewlenin fil-poeżija ta’ Ġorġ Borg tul il-ħajja poetika tiegħu, is-sinjifikanza tal-qosor formali fil-poeżija tiegħu, x’għandu simili u x’jiddistingwi lill-poeta minn oħrajn u s-silenzju, fost oħrajn.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Ġorġ Borg ippubblika 7 ġabriet ta’ poeżija, u huwa magħruf l-aktar bħala poeta. Uħud mill-ġabriet tiegħu rebħu premjijiet nazzjonali relatati mal-poeżija. Ittraduċa wkoll Animal Farm ta’ George Orwell. Kiteb diversi kotba ta’ proża għat-tfal.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.