Kummenti huma off għal din il-kariga

Taħt il-Qoxra: Helen Borg

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Helen Borg.

Ma’ Helen tkellimna dwar temi varji li wieħed isib fir-rumanzi u l-poeżiji tagħha, fosthom it-tbatija frott id-diskriminazzjoni u l-mard, il-mewt fil-kitba tagħha, lil min taqra l-awtriċi u spunti mil-letteratura kontinentali li jitfgħu dawl fuq il-kitba tagħha.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Helen Borg f’kitbietha spiss tesplora l-weġgħat tar-ruħ. Dan jinħass speċjalment fil-poeżija u poeproża li jinsabu miġbura fil-paġna ta’ facebook li ġġib l-isem Dmugħ li ma Jxarrabx. Fl-2016 ippubblikat l-ewwel rumanz tagħha, L-Għasfur tal-Injam mal-Horizons. Sena wara, fl-2017, ippubblikat it-tieni rumanz li ħareġ f’żewġ volumi bl-isem ta’ Iben id-Dell. Riċentament, tatna t-tielet rumanz tagħha bl-isem ta’ Fis-Satra tal-Velu.  Bejn xogħol u familja, issib ħin biex tintilef fl-istejjer li bihom tferraħ lil dawk li jfittxu l-pinna tagħha.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.