F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Simona Cassano, Matthew Borg u Andrew Ricca, it-tim li pprepara l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb.

Mal-mistiedna tkellmet dwar il-ħsieb wara l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, l-importanza tat-tfal u l-familji fit-tfassil tal-programm tal-attivitajiet, il-mistiedna internazzjonali, l-attivitajiet imtellgħin mill-Kunsill f’ħidma mal-eżebituri u msieħba oħra, u l-bqija tal-programm tal-attivitajiet kulturali.

Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb jibda l-Erbgħa 6 ta’ Novembru u jispiċċa l-Ħadd 10 ta’ Novembru, Dar il-Mediterran.

Isma’ l-intervista minn hawnhekk.

Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.

 


Share Article