Kummenti huma off għal din il-kariga

Taħt il-Qoxra: John Baldacchino

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ John Baldacchino.

Mal-mistieden tkellimna dwar uħud mid-diversi kotba li kiteb, fosthom l-aktar riċenti Sejjieħ il-Ħsieb: Limitu u Ħelsien. Iddiskutejna wkoll dwar ir-relazzjoni tal-arti viżiva mat-tagħlim, dwar il-kunċett tal-‘unlearning’, iċ-ċentralità tal-arti fil-politika, u anki l-estetika ġeopolitika tal-Mediterran. Missejna wkoll is-suġġetti li huma trattati fl-artikli li jikteb f’ġurnali lokali, fosthom ir-rabta bejn it-tribaliżmu politiku fil-gżira u razziżmu.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Dr. John Baldacchino jispeċjalizza fl-arti, il-filosofija u l-edukazzjoni. Huwa Professur tal-Arti Edukattiva fl-Università ta’ Wisconsin fejn serva wkoll bħala Direttur tad-Diviżjoni tal-Arti  bejn l-2016 u l-2019.

Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.