F’dan l-episodju minn Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Josef Borg dwar il-poeżiji tiegħu li dehru fil-ġabriet Bejn Tnejn Erba’ Profili, Qoxra Waħda, kif ukoll fuq il-mezzi soċjali.

Borg tkellem dwar diversi aspetti, ngħidu aħna l-uġigħ fil-kitbiet tiegħu, il-laqam tiegħu bħala ‘poeta-bidwi’, il-ħsejjes fil-poeżiji tiegħu, u x-xbihat reliġjużi, fost affarijiet oħra.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Josef Borg huwa attiv fil-kumitat tal-Għaqda Poeti Maltin u Festi Esterni ta’ Ħal Lija.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.


Share Article