Kummenti huma off għal din il-kariga

Taħt il-Qoxra: Josette Attard (it-tieni parti)

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara kompliet titkellem ma’ Josette Attard.

Din id-darba ħarisna lejn ix-xogħol akkademiku tagħha, b’enfasi speċjali fuq l-estetika letterarja: ir-relazzjoni bejn il-filosofija u l-letteratura, il-filosfi li influwenzaw lill-ħassieba Maltin, u temi oħra.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Dr. Josette Attard li hija lettur anzjan tal-Estetika Letterarja fi ħdan id-Dipartiment tal-Malti fl-Università ta’ Malta. Ir-riċerka tagħha tiffoka fuq l-estetika artistika b’mod speċjali dik letterarja, il-filosofija tal-letteratura, it-teorija letterarja, il-kritika u l-letteratura Maltija. Hija wkoll awtriċi ta’ għadd ta’ kotba u diversi studji kritiċi u estetiċi. Rebħet darbtejn il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb.

Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.